
Lokali
Tiħux dan il-prodott
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed jinforma lill-pubbliku, biex il-prodott taż-żerriegħa tal-ġunglien ma jiġix ikkunsmat minħabba l-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni b’pestiċida (Ethlyene oxide). F’dawn l-aħħar ġimgħat nstab li l-kimika ethylene oxide setgħet kienet qed tintuża biex tikkontrolla xi mikrobi fil-ġunġlien esportat mill-Indja. Madanakollu, l-użu ta’ ethylene oxide mhux approvat.
Deskrizzjoni tal-Prodott: | Żerriegħa tal-Ġunġlien |
Ditta: | Country |
Piż / kontenitur: | Boroż tal-plastik ta’ 150 grammaKontenituri żgħar (forma ta’ ċilindru) ta’ 25 grammaKontenituri kbar bl-għatu ‘flap top’ ta’ 220 gramma |
Lott: | 193.480 |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq [email protected].