Ikel
Tiħux din iċ-ċikkulata jekk int allerġiku għall-ġellewż

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed javża biex persuni allerġiċi jew intolleranti għall-ġellewż ma jiħux din iċ-ċikkulata minħabba li nstab li fiha traċċi ta’ ġellewż li mhumiex iddikjarati fuq it-tikketta.

Isem tal-prodott: Belgian Dark Chocolate with Raisins & Almonds
Dittà: Waitrose
Piż / kontenitur: 180g
Data ta’ Skadenza: Novembru 2022

 

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected].