Barranin
Tikber it-theddida li l-Iran jintlaqat minn sanzjonijiet

Tikber it-theddida li l-Iran jintlaqat minn sanzjonijiet mill-komunità internazzjonali.

Il-President tal-Iran, Hassan Rouhani, qal li s-sanzjonijiet imposti mill-Istati Uniti ġabu l-pajjiż għarkupptejh, tant li l-ekonomija qiegħda agħar mindu kienet fil-gwerra mal-Iraq.

Il-kummenti ta’ Rouhani saru ġimgħa wara li l-Istati Uniti bagħtet ajruplani u vapuri tal-gwerra fil-Golf.

Il-President Donald Trump appella lill-Iran biex jerġa’ jiftaħ in-negozjati u jabbanduna l-programm nukleari. Trump m’eskludiex li l-Istati Uniti tirrikorri għal intervent militari.

“We have information that you don’t want to know about. They were very threatening and we just want to have… we have to have great security for this country and for a lot of other places,” qal il-President Trump.

Mill-banda l-oħra, il-Kanċillier Ġermaniża, Angela Merkel, qalet li l-Unjoni Ewropea trid tevita t-tensjonijiet mal-Iran. Merkel appellat lill-Iran biex jonora l-ftehim milħuq fl-2015 u jabbanduna l-programm nukleari tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-preżenza tal-mikroplastiċi fl-ilma li nixorbu ftit li xejn hija ta’ detriment għall-bniedem. Dan qalitu l-World Health Organisation (WHO) f’rapport li jassigura li dan ma jikkawżax ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Skont ir-rapport,…

Barranin

Fil-Brażil, tkompli tisħon il-qiegħa bejn il-President Jair Bolsonaro u l-għaqdiet ambjentali. Dan wara li statistika tal-aġenzija spazjali turi li din is-sena, l-ikbar pulmun fid-dinja . . . l-Amażonja . ….

Barranin

F’Madrid, raġel spiċċa arrestat fuq akkużi li nemmes taħt id-dbielet ta’ aktar minn 550 mara u li ġibdilhom filmati biex tefagħhom onlajn. Ir-raġel huwa Kolumbjan ta’ 53 sena u qed…

Barranin

L-Ispeaker ta’ New Zealand ħa inkarigu mhux tas-soltu meta spiċċa jisqi tarbija waqt xogħol tal-Kamra. L-Ispeaker Trevor Mallard ħa f’dirgħajħ it-tarbija tad-deputat Parlamentari Tamati Coffey, li ħabbar it-twelid ta’ ibnu…

Aktar