Internet
Tikkunsidra karriera fl-iGaming?

Varati korsijiet ta’ taħriġ akkreditati fl-iGaming . . . . industrija li qed tikbwer b’rata mgħaġġla u li teħtieġ talent ġdid biex issostni ruħha u tibqa’ tissaħħaħ.

Il-korsijiet fuq bażi part-time se jingħataw mill-Akkademja tal-iGaming.

L-akkademja tal-iGaming qed toffri korsijiet fosthom online għal persuni li qed jikkunsidraw jew li diġà għandhom karriera fl-industrija tal-iGaming.

Id-direttur maniġerjali tal-akkademja, Jamie Debono, qal li l-korsijiet joffru opportunità għal karrieri f’dan is-settur. Qal li s’issa kwart tal-impjegati f’din l-industrija huma Maltin u għalhekk hemm bosta opportunitajiet ta’ xogħol għall-firxa wiesgħa ta’ ħiliet li tfittex din l-industrija.

“What we’re trying is to train people on the understanding what there is in the gaming industry, the history behind the gaming industry and the function of the various job roles of the industry… what are the products and what is the gaming industry doing, as a service to the industry market, and also the different job functions within that industry and then we move on to from what the market is doing from a technological aspect.”

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali, Silvio Schembri, qal li l-industrija tal-iGaming qed tikber b’rata mgħaġġla. Qal li l-Awtorità għal-Logħob fl-aħħar ġimgħat irċeviet mal-20 applikazzjoni minn kumpaniji tal-iGaming li jixtiequ liċenzja Maltija.

”Dan ifisser li d-domanda biex jaħdmu ma’ din l-industrija se tiżdied mill-aħħħar studju li għamilna, at any one point in time kien hawn madwar 700 vacancies f’Malta fl-industrija tal-gaming li m’humiex qed jiġu milħuqa mis-supply u allura rridu naraw li nħarrġu iktar Maltin biex jibbenefikaw kemm jista’ jkun Maltin minn din l-industrija.”

Is-Segretarju Parlamentari Schembri qal li l-korsijiet tal-akkademja tal-iGaming se jsiru b’kollaborazzjoni bejn MCAST u l-European Gaming Institute of Malta.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

F’attività oħra fil-Fgura l-Erbgħa tard filgħaxija, il-Mexxej Laburista rrefera għad-dibattitu bejnu u bejn il-Kap tal-Oppożizzjoni u qal li matulu Adrian Delia kkonferma kemm il-Partit Nazzjonalista tilef lilu nnifsu. Fost affarijiet…

Elezzjoni

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat qal li hu l-iktar prim ministru li reħa poteri minn idejh. Dr Muscat qal li l-prim ministri kollha ta’ qablu kellhom aktar…

Politika

L-aħħar dwell politiku bejn iż-żewġ mexxejja politiċi ewlenin f’dibattitu televiżiv kien mill-aktar ċivili bil-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jesponu l-argumenti tagħhom li jirribattu b’korteżija l-argumenti ta’…

Aktar