Konsumatur
Tikkunsmax dan il-prodott għax fih livelli għoljin ta’ pestiċida

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed javża lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli għoljin ta’ anthraquinone, li huwa pestiċida.

Isem tal-prodott: Grüner Tee mit Pfefferminz-Aroma (Green Tea with peppermint flavour)
Deskrizzjoni tal-maħfen: Kaxxa tal-kartun
Użin: 45g
Data tad-durabbiltà: 01/08/2020

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq [email protected]Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab f’Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.