Konsumatur
Tikolx dan il-ful minħabba livelli għolja ta’ pestiċidi

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur wissiet lill-pubbliku biex ma jikolx il-prodott ‘Ful imqaxxar’ tad-ditta ‘Mill-Kċina taz-Zija’ li jinstab f’pakketti ta’ 450g.

Il-lott tal-prodott huwa CA26419 u għandu d-data ta’ skadenza 30.09.2021.

Dan il-prodott ġie rtirat mis-suq peress li nstab li fih il-preżenza ta’ residwu ta’ Benzalkonium chloride, li jaqbeż il-livell massimu preskritt tal-pestiċida.

Il-konsumaturi li xtraw dan il-prodott qegħdin jintalbu jiħduh lura minn fejn xtrawh.

Għal aktar informazzjoni jew mistoqsijiet oħra, tista’ tikkuntattja l-MCCAA fuq [email protected]

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Il-ħajt għoli tal-Isptar Mater Dei ma qatax qalb tal-10 membri tal-iscouts tal-Mosta u tifla ta’ sitt snin li xxabbtu miegħu f’attività tal-abseiling li ġiet organizzata biex tagħti sorpriża lit-tfal morda…

Kisbiet

Iċ-Chairperson tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, Oliver Scicluna, u l-kumpanija Camilleri & Cuschieri Consulting Engineers, huma r-rebbieħa tal-Premju Monsinjur Mikiel Azzopardi għal din is-sena. Ir-rebbieħa tħabbru minn Fr Martin Micallef, Direttur…

Kronaka

Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei, u oħrajn il-policlinic ta’ Ħal Kirkop, wara li għall-ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar, seħħet ħabta bejn ħames karozzi f’Ħal Luqa. Karozza tat-tip Ford Escort…

Politika

L-eks Chief of Staff Keith Schembri ssejjaħ fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija llum waranofsinhar, b’rabta mal-investigazzjoni fl-impjieg finta ta’ Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Theuma xehed fil-Qorti li kien…

Aktar