Lokali
Tikolx lanqas minn dawn il-crackers

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed jinforma lill-pubbliku biex ma jikkunsmax il-crackers tad-ditta Ecor b’piż ta’ 250 gramma.

Dan, minħabba li l-prodott jista’ jkun ikkontaminat bil-pestiċida ethylene oxide.

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qal li f’dawn l-aħħar xhur instab li t-talija kimika setgħet kienet qed tintuża biex tikkontrolla xi mikrobi fil-ġulġlien esportat mill-Indja, u li l-użu tal-ethylene oxide mhux approvat.

Il-crackers ikkonċernati għandhom data ta’ durabbiltà sal-31 ta’ Lulju li ġej, u huma tal-lott 6550.

Ara wkoll:

Tikolx minn dawn il-crackers