X

Twissija: Tikolx minn dan il-faqqiegħ ta’ Lidl

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed iwissi lill-pubbliku biex ma jikolx minn dan il-faqqiegħ niexef.

Dan il-prodott qed jiġi rtirat minħabba li nstabu fih biċċiet ta’ speċi ta’ faqqiegħ differenti minn dik indikata fuq it-tikketta, liema speċi għadha ma ġietx identifikata.

Il-prodott jismu Funghi Porcini Secchi Speciali tad-ditta Baresa, b’użin ta’ 30gramma, u jinbiegħ mil-Lidl.

RA :