Lokali
Tikolx minn dawn il-crackers

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed jinforma lill-pubbliku biex ma jikkunsmax il-crackers tad-ditta Crich b’piż ta’ 250 gramma.

Dan, minħabba li l-prodott jista’ jkun ikkontaminat bil-pestiċida ethylene oxide.

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qal li f’dawn l-aħħar xhur instab li t-talija kimika setgħet kienet qed tintuża biex tikkontrolla xi mikrobi fil-ġulġlien esportat mill-Indja, u li l-użu tal-ethylene oxide mhux approvat.

Il-crackers ikkonċernati għandhom data ta’ durabbiltà sat-30 ta’ Novembru li ġej, u huma tal-lottijiet 5920 u 6130.