Ikel
Tikolx minn dawn il-ġelati

Is-sħana qed tagħmel tagħha u ġelat jinżillek għasel. Iżda id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed jinforma lill-pubbliku sabiex ma jikkonsmax il-ġelat tad-ditta Smiles li jinbiegħ f’volumi ta’ żewġ litri. 

Smiles informat lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali li l-ġelat ta’ togħmiet differenti: Vanilla, Chocolate, Dessert Ripple, Nocciola, Strawberry u Strawberry Ripple, li ġew immanifatturati f’lottijiet differenti u li għandhom dati ta’ durabbilità minima kollha sa, imma eskluż it-13.01.2022 u d-dati ta’ wara, m’għandhomx jiġu kkunsmati minħabba l-possibilità ta’ preżenza ta’ biċċiet tal-plastik fil-ġelat.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq [email protected]

Il-pubbliku huwa mistieden ukoll iżur il-paġna tal-Facebook tal-istess Direttorat jew iżur is-sit uffiċjali għal informazzjoni simili. 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Kultura

Minn issa ‘l quddiem waħda mill-isbaħ xeni tal-Port il-Kbir tista’ titgawda minn fuq il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn meta daħal fis-seħħ l-avviż legali l-ġimgħa li għaddiet, diġà nħarġu ħames multi ta’ €3,000 ‘l waħda għal organizzaturi ta’ attivitajiet, restoranti…

Aktar