Ikel
Tikolx minn dawn il-ġwienaħ tat-tiġieġ jekk allerġiku għall-ħalib

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed iwissi li dan il-prodott m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi jew intolleranti għall-ħalib.

Dan minħabba l-possibilità li fih ingredjent tal-ħalib mhux iddikkjarat fuq it-tikketta.

Il-prodott huwa ġwienaħ tat-tiġieġ tad-ditta Findus, b’piż ta’ 500 gramma, bid-data ta’ durabbiltà 30/04/2022 u numru tal-lott L110922A14.