Barranin
Tikseb l-ogħla marka mingħajr ma tikteb kelma fuq il-karta tal-eżami

Tikseb l-ogħla marka mingħajr ma tikteb kelma fuq il-karta tal-eżami. Jew hekk għallinqas deher sakemm il-Professur li kkoreġa l-karta tal-istudenta Ġappuniża Eimi Haga sab il-kliem fit-tarf tal-karta – saħħan il-karta biex tara x’kitbet.

L-istudenta Eimi Haga studjat it-teknika tan-ninja, li dari kienu aġenti, spjuni u assassini. Ovvjament il-kommunikazzjoni tagħhom kienet ħafna drabi ssir b’mod li mhux kulħadd jifhem.

Eimi Haga ħadet il-kelma tal-professur tagħha, li qal lill-istudenti li se jagħti l-ogħla marka lil min joħroġ bl-iktar essay kreattiva. Eimi li għandha 18-il sena għaffġet il-fażola tas-soya u kitbet bil-linka li ħarġet minnhom. Din tidher biss sakemm tinxef fuq il-karta, imbagħad tisparixxi.

Biex taqra li jkun inkiteb trid issaħħan il-karta u jerġa’ jidher kollox. L-essay ta’ Eimi Haga kien dwar żjara fil-Mużew tan-Ninja li hemm f’Igaryu il-Ġappun.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President tat-Turkija, Recep Tayipp Erdogan, jgħid li pajjiżu se jisħaq l-irjus ta’ ġellieda Kurdi jekk ma jirtirawx minn żona sigura fit-Tramuntana tas-Sirja. Erdogan qal li jekk dan ma jseħħx sat-Tlieta…

Barranin

Fiċ-Ċilì, il-Gvern iddikjara stat ta’ emerġenza fil-kapitali Santiago wara li studenti universitarji għamlu ħerba fit-toroq minħabba żieda fin-nollijiet tas-servizz tal-metro. Id-dimostranti ivvandalizzaw għadd ta’ stazzjonijiet tal-metro, taw in-nar f’diversi postijiet…

Barranin

Fis-Siberja, mill-inqas 15-il persuna tilfu ħajjithom u 13-il oħra għadhom irrapportati nieqsa wara li ċediet diga minjiera tad-deheb. Id-diga ċediet wara l-għargħar li laqtu ż-żona. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li 14-il…

Barranin

Il-Ministru għall-Intern Spanjol, Fernando Grande-Marlaska, qal li s-sitwazzjoni f’Katalunja tinsab taħt kontroll wara li l-lejl li għadda ssuktaw il-protesti u l-ġlied bejn id-dimostranti u l-pulizija ta’ kontra l-irvellijiet, it-tensjonijiet eskalaw…

Aktar