Barranin
Tikxfu t-tpinġija fuq il-midja soċjali – jaqbduh il-Pulizija

L-awtoritajiet Ġappuniżi qabdu lill-kriminal Shirai li kien ilu jevadi l-Pulizija mill-2003 wara li allegatament qatel ir-rivali tiegħu.

Il-kriminal ħarab lejn it-Tajlandja fejn iżżewweġ mara tal-lokal u rtira mid-dinja tal-kriminali. Iżda ħajtu nbidlet mil-lejl għan-nhar wara li persuna tal-lokal tefgħet ritratt tiegħu qed jilgħab logħba taċ-chekers fuq il-midja soċjali.

It-tpinġija dettaljata li tirappreżenta l-grupp kriminali li kien jirrappreżenta u l-fatt li kellu nieqes subgħajh iż-żgħir kixfuh.

Membri tal-banda Yakuza ta’ spiss jaqtgħu barra l-kappell ta’ subgħajhom biex jidinbu minn offiża.

Ir-ritratt li nfirex sew mal-internet ġibed l-attenzjoni tal-Pulizija Ġappuniża fejn ikkuntattjaw lill-awtoritajiet Tajlandiżi.

L-akkużat ammetta li kien il-kap tal-grupp kriminali Kodokai.

Il-grupp kriminali Yakuza ffurma bħala wieħed mill-organizzazzjonijiet kriminali ewlenin wara l-gwerra fejn jiġi kkoordinat il-logħob tal-azzard, id-drogi, il-prostituzzjoni u s-self tal-flus bl-imgħaxx fost oħrajn.

Ironikament, il-presenża tal-grupp fit-toroq tal-Ġappun kien neċessarju biex tinżamm l-ordni fit-toroq u b’hekk, Yakuza mhix illegali u kull grupp għandu l-kwartieri tiegħu anke jekk jopera taħt imnieħer il-Pulizija.

Is-suspettat ma ammettiex li qatel lir-rivali tiegħu iżda ammetta li kellu xi jgħid miegħu.

Il-kriminal kien jgħix bi flus li kienu jaslulu mill-Ġappun. Shirai nstab li daħal f’Tajlandja illegalment u mistenni jiġi estradit għall-prosekuzjoni f’pajjiżu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-familja Rjali rringrazzjat lil dawk kollha li vvjaġġaw għal Windsor biex jattendu għat-tieġ tal-Prinċep Harry u Meghan Markle. Ilbieraħ eluf ta’ nies ħonqu t-toroq tal-madwar biex jaraw lill-koppja fil-ġurnata tant…

Barranin

Dak li hu suspettat li wettaq il-massakru fl-iskola ta’ Santa Fe f’Texas qal lill-Qorti li hu ma qatilx lill-istudenti kollha li sab quddiemu, għaliex ried li jħalli ħajjin lil dawk…

Barranin

Waslet il-bewsa tant mistennija li ssiġillat l-imħabba tal-Prinċep Harry u Meghan Markle, li żżewġu f’ċerimonja fil-Kastell Windsor. Huma ngħaqdu fiż-żwieġ fil-kappella ta’ San Ġorġ fil-preżenza tar-Reġina Elżabetta II u 600…

Barranin

F’Pisa, dik li kellha tkun ġurnata rutina spiċċat f’traġedja għal familja taċ-ċkejkna Giorgia. Jidher li missierha li, kuljum kien iwassal lit-tifla c-child care, nesiha kompletament fil-karozza u baqa’ sejjer ix-xogħol…

Aktar