Lokali
Tilbes ta’ buffu qabel l-operazzjoni tal-kanċer, bid-daħqa tagħha trid tagħmel differenza

Mara ta’ 36 sena li ftit tax-xhur ilu fieqet minn kanċer aggressiv fis-sider qalet li temmen li l-pożittività, l-attitudni ferrieħa u t-twemmin f’Alla jgħinu ferm biex wieħed itawwal il-ħajja jew ifiq.

Kull min jaf lil Antonella Rogers minn San Ġiljan, jafha dejjem bit-tbissima. Is-sena li għaddiet Antonella ħargilha kanċer aggressiv fis-sider, li kien kanċer avvanzat u wieħed rari. Bħala parti mill-kura Antonella għamlet operazzjoni biex tneħħi sidirha kompletament u għamlet tratament bir-raġġi u l-kimoterapija. Minkejja t-tbatija li ġġib magħha din il-marda, Antonella qalet li l-unika triq li sabet biex hi u ta’ madwarha jħossuhom aħjar hi li baqgħet titbissem u tipprova bl-aħjar mod li tista’ tgawdi l-ħajja. Anki qabel operazzjoni, ma kienet tiddejjaq xejn, tilbes ta’ buffu.

Antonella Rogers tgħid li “hekk inħobb nagħmel nidħaq, inħobb nidħaq, nemmen ħafna li wiehed għandu jferraħ, jien qed qed inferraħ ħafna lill-mama tiegħi…dak hu l-għan biex bid-daħqa tiegħi, nagħmel differenza lin-nies ta’ madwari”.

Ftit wara li Antonella fieqet mill-kanċer, ħadet l-aħbar li ommha ta’ 66 sena mardet bil-kanċer ukoll. Antonella xorta tibqa’ temmen li l-unika triq hi li tibqa’ tibqa’ żżomm sod.

“Jien dejjem ngħid li mhux importanti kif se tmut imma kif se tgħix, sakemm qiegħed hawn għix, ibqa’ pożittiv sal-aħħar, l-importanti li tkun pożittiv, tferraħ in-nies ta’ madwarek u dak hu s-sabiħ tal-ħajja”.

Antonella kienet taħdem bħala kok għal diversi snin iżda issa qed tistudja l-Università biex issir social worker biex tibda taħdem mal-Caritas. Hija appellat biex min għaddej mill-kancer, ma jieqaf qatt joħlom. Qaltilna li anke se toħroġ ktieb biex tibqa’ tferraħ u tagħti ftit dawl lil min qed jara d-dlam.

Aħbarijiet Oħra
Passatemp

F’inqas minn 15-il sena, il-logħob uffiċjali nfirex mil-lottu, is-Super 5 u l-lotterija nazzjonali għal diversi logħob ieħor marbut mhux biss man-numru iżda wkoll ma’ attivitajiet sportivi fost oħrajn. Għalkemm is-sensazzjoni…

Infrastruttura

Il-Grupp Express, li jopera fit-trasport u l-loġistika, waqqaf kumpanija ġdida fl-industrija tal-manifattura: Express Trailers Engineering. Din il-kumpanija se timpjega 25 ħaddiem, u se jaħdmu xogħol ikkummissjonat minn kumpanija Żvediża li…

Annimali

Uħud sufin u oħrajn qishom tigri żgħar – qtates ta’ razez differenti qed jikkompetu f’wirja internazzjonali li qed issir f’Malta li tixhed ukoll id-dilletanti numeruzi ta’ dawn l-annimali domestiċi. Aktar…

Ekonomija u Finanzi

L-aġenzija internazzjonali Standard and Poor ikkonfermat ir-rating ta’ Malta fil-Livell A- bi prospetti pożittivi wara li l-ekonomisti tagħha sabu li l-ekonomija Maltija kompliet tikber b’pass mgħaġġel, b’żieda fl-impjiegi u tnaqqis…

Aktar