COVID-19
Tilbisx ingwanti biex ma taħsilx idejk!

L-awtoritajiet tas-saħħa qed iwissu li l-ingwanti m’għandhomx jintużaw minflok il-ħasil tal-idejn. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, Paula Vassallo saħqet li l-idejn għandhom jinħaslu sew u ta’ spiss.

“Jekk naħsilhom biss hekk nistgħu naraw diġà kemm hawn partijiet fejn jien ma ħsiltx idejja. Allura meta aħna naħslu jdejna naħsluhom għal mill-inqas 20 sekonda. Importanti naħslu l-parti ta’ ġewwa, bejn is-swaba, importanti li naħslu minn wara, naħslu wkoll is-saba’,” qalet id-Direttur tad-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard Paula Vassallo.

Dr Vassallo spjegat li l-ingwanti għandhom jintlibsu f’ċirkostanzi partikolari – l-aktar minn professjonisti u ħaddiema li jkolhom kuntatt fiziku mal-klijenti tagħhom: “L-iżjed importanti huwa meta jneħħu l-ingwanti għax inti jista’ jagħtik dak il-false sense of security, li inti la jkollok l-ingwanti mela inti sigur m’għadekx problema u tista’ tmiss kollox.”

Saħqet li l-ingwanti għandhom jinbidlu bejn klijent u ieħor u li wieħed għandu jaħsel idejh qabel jilbes l-ingwanti: “Li qed nagħmel ara jien qed imiss il-parti maħmuġa bil-parti l-maħmuġa hawnhekk qed naqbad is-swaba u qed ineħħi l-ingwanti mingħajr qatt ma missejt idejja. Issa hawn idejja nadifa għax kont ħsielthom qabel. Din indaħħalha fil-polz l-ieħor indaħħal żewġt is-swaba hawn ġew u qatt mhu nmiss l-parti ta’ barra tal-ingwanti u inti tkun neħħejthom mingħajr qatt ma tkun missejt il-parti ta’ barra u tarmihom.”

Dr Vassallo qalet li l-klijenti m’għandhomx għalfejn jilbsu l-ingwanti – l-aktar importanti hu li jaħslu idejhom tajjeb bl-ilma u s-sapun jew jużaw is-sanitizer – li jkollu 70% alkoħol.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar