Barranin
Tilef 51kg biex seta’ jagħti l-kilwa lil ibnu marid

L-uġiegħ kbir li kien qed iġarrab tifel minħabba problemi fil-kliewi, wassal biex missieru ra kif għamel sabiex jagħtih kilwa.

Tidher xi ħaġa sempliċi, iżda l-missier, Barry Stokes ta’ 61 sena minn Lancashire fir-Renju Unit kien jiżen 130 kilo u ma setax jagħmel l-intervent għax it-tobba qalulu li kien wisq oħxon.

Għaldaqstant Barry għamel dieta stretta u naqas mal-50 kilo biex ikun jista’ jgħin lil ibnu Alan li wara ħafna ċikli ta’ kimoterapija ċedew il-kliewi.

Mindu kien għadu adoloxxenti, Alan intlaqat minn forma rari ta’ kanċer.  It-tobba tawh ftit xhur ħajja.  Illum għandu 32 sena u għandu dottorat fl-intelliġenza artifiċjali mill-Università ta’ Manchester.

Il-kimoterapija qerditlu l-kliewi.  Iżda meta t-tobba qalulu li kellu bżonn donatur, missieru lanqas ħasibha darbtejn biex jgħinu.  Wara li tilef 51 kilo, Barry huwa fi stat tajjeb u qed jistenna li jsirlu l-intervent.

Matul il-perjodu tad-dieta, Barry sab l-appoġġ tal-mara u tat-tifla biex ikun jista’ jilħaq l-għan tiegħu.  Issa Barry qed jimpenja ruħu biex jippromwovi ċ-ċentru li tah ukoll sostenn biex jonqos.

Dan iċ-ċentru joffri servizz b’xejn fil-belt fejn joqgħod u kellu impatt enormi fuq ħajtu.  Fil-kundizzjoni li kien qal Barry kien qed ipoġġi ħajtu stess fil-periklu minħabba li kien qed jirriskja li jkollu d-dijabete.

Aħbarijiet Oħra
Temp

Meta jaħkem il-maltemp, ħafna nies ifittxu l-irdoss ta’ darhom, u għalhekk ftit huma dawk li jirnexxielhom jaraw il-pajsaġġ Malti mixgħul u mdallam mill-elementi. Għadd kbir ta’ ritratti li ttieħdu fl-aħħar…

Barranin

Mas-60 persuni, fosthom tfal, tilfu ħajjithom, u madwar 100 oħra sfaw feruti meta ntlaqtu minn ferrovija fl-istat ta’ Punjab, fl-Indja. Filmat li nġibed minn mobile juri dawn il-mumenti xokkanti. It-traġedja ġrat…

Barranin

L-Arabja Sawdija ammettiet li l-ġurnalist Jamal Khashoggi nqatel fil-konsolat tagħha fit-Turkija, wara li għal ħmistax sħaħ sostniet li dan kien ħareġ mill-konsolat qawwi u sħiħ. Il-midja tal-istat tas-Sawdi kkwotat l-ewwel…

Barranin

Anzjan spiċċa b’imnieħru u tliet kustilji miksurin wara li qala’ xebgħa mingħand sid ta’ restorant talli ordna biss antipasto.  Il-każ seħħ f’Arezzo fl-Italja u jinsab f’ħoġor il-Qorti. Il-klijent, li għandu…

Aktar