Lokali
Tilef ħajtu wara li qala’ xebgħa fil-Ħamrun

Tilef ħajtu l-Libjan li qala’ xebgħa fil-Ħamrun it-Tnejn li għadda.

Il-każ kien seħħ f’appartament fi Triq il-Kappillan Mifsud fejn allegatament irġiel daħlu fl-appartament tal-vittma, tawh xebgħa u ħarbu minn fuq il-post. L-aggressuri użaw oġġett li jaqta’ u bil-ponta kif ukoll oġġett iebes, bil-vittma nstab f’għadira demm u b’daqqiet f’rasu u f’partijiet oħrajn ta’ ġismu.

Mhux eskluż li fis-sigħat li ġejjin il-Pulizija tressaq il-Qorti żewġ Libjani mixlija bil-qtil tal-Libjan. Minn ħin għal ieħor, TVM qed jistenna aktar tagħrif minn għand il-Pulizija dwar dan il-każ.

Il-każ ġara t-Tnejn li għadda għal ħabta tad-08:45am.

Is-suspettati mistennija jitressqu l-Qorti għada.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern u l-Birdlife Malta dwar l-amministrazzjoni tas-Salini tal-Melħ fis-Salina. Bi ftehim mal-Gvern, il-Birdlife ser tmexxi dan is-sit li huwa l-ikbar riżerva naturali f’Malta. Is-Salini tal-Melħ fis-Salina,…

Agrikultura

Il-ġbejniet tradizzjonali Maltin mistennija jkunu aktar abbundanti b’tibdil fil-liġi li ser tippermetti raħħala żgħar kważi jirduppjaw il-produzzjoni tagħhom. Madankollu dal-pass xejn mhu jogħġob lir-raħħala u produtturi l-kbar li kienu obbligati…

NGOs

Qabel kiseb suċċess fil-karriera mużikali bħala tenur, Cliff Zammit Stevens għadda minn esperjenzi qarsa, b’ommu ssofri quddiemu vjolenza fiżika kontinwa fir-relazzjonijiet tagħha. Disa’ xhur wara mewtha, Cliff irrakkonta l-ġrajjiet koroh…

Kronaka

Raġel ta’ 41 sena weġġa’ gravi wara li ħabat bil-mutur fil-Fgura. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00 ta’ waranofsinhar fi Triq San Tumas. Il-Pulizija qalet li mill-ewwel tagħrif jirriżulta li seħħet ħabta…

Aktar