Barranin
Tilef ħajtu wara li waqa’ 90 sular waqt abseiling fil-Messiku

Xabbatur Amerikan magħruf tilef ħajtu waqt li kien qed jipprattika l-abseiling ma’ rdum fil-Messiku. Brad Gobright ta’ 31 sena miet wara li waqa’ madwar 90 sular.

Fil-ħin tal-inċident Gobright kien qiegħed ma’ xabbatur ieħor; Aidan Jacobson ta’ 26 sena. Huma kienu qed jixxabbtu b’ħabel wieħed u jinżlu ’l isfel mal-irdum fuq kull naħa tal-ħabet billi jużaw il-piż ta’ xulxin.

Jacobson, li waqa’ iżda baqa’ ħaj, irrakkonta kif kien ftit ’il fuq minn Gobright, meta sema’ ħoss ta’ xi ħaġa tfaqqa’, u t-tnejn li huma waqgħu għal isfel.

Waqt li Jacobson għadda minn ġo siġra li naqqsitlu l-impatt, u waqa’ fuq xifer spuntant mill-irdum, Gobright baqa’ nieżel dritt għal isfel.

Gobright kien magħruf għal sfidi varji li fihom ixxabbat ma’ rdumijiet kbar u rnexxielu jitla’ magħhom mingħajr ebda rbit jew għodda. Il-mewt tiegħu iżda kellha sseħħ f’mument meta kien marbut b’ħabel.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fiċ-Ċina feġġew żewġ każijiet tal-Pesta li mhumiex qed jiġu meqjusa bħala allarmanti hekk kif kollox jinsab taħt kontroll. Dan qalitu l-WHO li kkonfermat li f’Bayannur, fir-reġjun Ċiniż tal-Mongolja, żewġ persuni…

Barranin

Id-Direttur tal-FBI Christoher Wray qal li l-operazzjonijiet ta’ serq ta’ intelligenġa u spjunaġġ mill-Gvern Ċiniż hu l-akbar thedddida għall-futur tal-Istati Uniti. Huwa qal dan waqt li kien qiegħed jitkellem fl-Istitut ta’…

Barranin

Il-maġġoranza assoluta tan-nies li jittestjaw pożittiv għall-Covid-19 ma jurux sintomi fil-ġurnata li jmorru għat-test. Dan joħroġ minn studju li saru fir-Renju Unit li wera li 2 minn kull 10 persuni…

Barranin

Il-President tal-Brażil, Jair Bolsonaro, ittestja pożittiv għall-Covid-19 fir-raba’ test għal virus li ilu bosta ġimgħat jirreferi għalih bħala ‘influwenza żgħira’ u qal li ħadd m’hu se jkun affettwat serjament minnha….

Aktar