Barranin
Tilef il-bilanċ u żelqitlu għal isfel it-tarbija li kellu f’idu

Tifla Amerikana li kellha biss sena u nofs mietet mad-daqqa wara li waqgħet minn cruise liner għal isfel.

L-inċident traġiku seħħ abbord il-cruise liner Royal Carribean li kien fi San Juan, f’Puerto Rico.

Jidher li t-tifla kienet qed tilgħab ma’ nannuha fiż-żona tal-vapur fejn jinġemgħu t-turisti għall-pranzu meta waqgħet minn tieqa miftuħa. L-anzjan kien poġġa lin-neputija bilqegħda f’ħoġor it-tieqa miftuħa, tilef il-bilanċ u telaq lit-tifla minn idejh.

It-tifla kienet qiegħda fuq vaganza mal-ġenituri tagħha, ħutha u l-4 nanniet tagħha.

Abbord il-cruise liner kien hemm mal-4,500 passiġġier inkluż l-ekwipaġġ li kienu mistennija jibdew vjaġġ ta’ ġimgħa.

Il-pulizija qed tinvestiga l-każ iżda qiegħda tqisu bħala inċident sfurtunat.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Papa Franġisku ddikjara ħames qaddisin ġodda, fosthom wieħed mill-iktar personaġġi influwenti tas-seklu 19 . . . il-Kardinal John Henry Newman. Il-Kardinal Newman jibqa’ mfakkar l-iktar għall-fatt li kien Anglikan ferventi,…

Barranin

Sitta u għoxrin persuna mietu, 18 għadhom irrapportati nieqsa u aktar minn 170 ruħ indarbu fl-agħar maltempata fil-Ġappun fl-aħħar 60 sena. It-tifun Hagibis laqat Tokyo is-Sibt, b’riħ qawwi b’veloċità ta’…

Barranin

Żewġ persuni tilfu ħajjithom u 18 oħra jinsabu midruba wara li ċediet parti mil-lukanda Hard Rock, f’New Orleans. Fil-lukanda kienu qed isiru xi xogħlijiet meta ċediet parti minnha. Kawża tal-inċident,…

Barranin

Fil-Polonja fetħu l-postijiet tal-votazzjoni fejn il-Pollakki mistennija jagħtu mandat ieħor lill-partit tal-Ġustizzja u Liġi Nazzjonali, PiS, li potenzjalment se jkompli jkabbar l-iżolament tal-pajjiż għax tkompli tikber it-tensjoni mal-Unjoni Ewropea minħabba…

Aktar