Barranin
Tilef l-ajruplan mill-Etjopja b’2 minuti … u salva

Il-passiġġier Grieg Antonis Mavropoulos li kien beħsiebu jivvjaġġa lejn l-Etjopja jista’ jgħoddha b’waħda.

Dak li ħaseb kien se jkollu jħallas tajjeb għalih il-passiġġier Grieg meta tilef it-titjira minħabba nuqqas ta’ għajnuna mill-istaff tal-ajruport, fir-realtà salvatlu ħajtu.

Mavropoulos kellu jivvjaġġa minn Addis Ababa fl-Etjopja għal Nairbobi fil-Kenja abbord it-titjira ET302 ilbieraħ meta sab iċ-check in għat-tijira magħluqa.

Qal li dak il-ħin irrabja meta ra li tilef it-titjira b’2 minuti biss iżda, ftit tal-ħin wara, ħa qatgħa li ħassritlu demmu meta nfurmawh li l-ajruplan lejn il-Kenja ġġarraf.

Abbord it-titjira kien hemm 157 passiġġier li tilfu ħajjithom – iżda Mavropoulos ma kellux ikun wieħed minnhom.

F’post fuq il-midja soċjali qal jħossu li għadu ħaj b’ċikka u li jista’ jqis ruħu bħala persuna verament iffurtunat.

10 ΜΑΡΤΙΟΥ 2019 – Η ΤΥΧΕΡΗ ΜΟΥ ΜΕΡΑΤρέχοντας να προλάβω την πτήση ΕΤ 302 Αντίς Αμπέμπα – Ναϊρόμπι, που συνετρίβη 6…

Gepostet von Antonis Mavropoulos am Sonntag, 10. März 2019

Il-biċċa l-kbira tal-passiġġieri abbord it-titjira li ma wasslet qatt kienu delegati tal-Ġnus Magħquda. Mavropoulos kien wieħed fost id-delegati li kienu mistennija jiltaqgħu f’Nairobi għal laqgħa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Barranin

Raġel fl-Istati Uniti ġie arrestat wara li mara rrapportat lill-Pulizija li kien għaddiha biż-żmien u ħadilha $80,000. L-arrestat huwa John Martin Hill ta’ 35 sena, bil-mara tgħid li kienet iltaqgħet…

Aktar