Lokali
Tilqa’ l-ftuħ tal-iskejjel tal-Ingliż għall-adulti mlaqqma

Il-Federazzjoni tal-Iskejjel tal-Ingliz il-FELTOM laqgħet il-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel tal-Ingliż ghall-Istudenti adulti imlaqqma kontra l-Covid.

Fi stqarrija tal-FELTOM intqal li hija temmen fis-sħiħ li l-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel għandu jseħħ biss u b’mod esklussiv għal studenti adulti li huma mlaqqma u li għandhom kull dritt iżuru lil Malta bħal kull turist imlaqqam ieħor.

Il-FELTOM qalet li l-bidla fl-Avviz Legali huwa l-ewwel pass biex din l-industrija terġa’ tibda miexja lejn in-normalità.