COVID-19
Tilqima kontra l-Covid-19 tinsab fl-aħħar fażi ta’ ttestjar f’Abu Dhabi

Fl-aħħar jiem, il-vlogger popolari Nas Daily żar wieħed mill-istabbilimenti f’Abu Dhabi li fi ħdanhom bħalissa qed isir għadd ta’ ttestjar bit-tama li tinsab it-tilqima kontra l-Covid-19.

F’dan l-isfond, il-vlogger spjega li bosta pajjiżi ilhom ixammru l-kmiem u qed jagħmlu l-almu tagħhom bil-għan li jsibu l-kura għall-Covid-19 mill-aktar fis. Qal, li aktar minn 150 vaċċin qed isiru madwar id-dinja, għalkemm mhux kollha jidher li qed jagħtu l-frott mistenni.

Fost it-tilqim li qed joffri raġġ ta’ tama, vaċċin miċ-Ċina. Liema tilqima, il-vlogger spjega li għaddiet b’suċċess mill-ewwel żewġ fażijiet ta’ ttestjar li jfisser li kull min ħadha sa issa qed jilqa’ tajjeb għall-virus.

Intqal, li dan il-vaċċin jinsab fit-tielet u l-aħħar fażi ta’ ttestjar fejn qed jiġi ppruvat fuq 15,000 voluntier li daħlu jagħtu daqqa t’id b’ruħhom u b’ġisimhom mingħajr biżà ta’ xejn akkost li negħlbu l-pandemija darba għal dejjem.

https://www.facebook.com/nasdaily/videos/724444958344915/