Lokali, malta
Tiltaqa’ f’Malta Assemblea Parlamentari wara nuqqas ta’ bosta snin

Malta laqqgħet it-33 sessjoni ta’ assemblea parlamentari konġunta bejn id-79 stat mill-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku, l-ACP u l-Unjoni Ewropea. Fil-ftuħ ta’ din l-assemblea, l-ex Kummissarju Ewropew, Louis Michel ikkritika lill-Unjoni Ewropea talli għal numru ta’ snin naqset li tlaqqa’ din l-assemblea annwali. Huwa rringrazzja lil Malta li reġgħet qajmet din it-tradizzjoni u esprima x-xewqa li s-sena d-dieħla din l-assemblea titlaqqa’ l-Bulgarija.

Wieħed mill-presidenti tal-assemblea parlamentari konġunta bejn stati mill-Afrika, l-Karibew u l-Paċifiku u dawk tal-Unjoni Ewropea Louis Michel qal li l-assemblea mifruxa fuq tlett ijiem se tiddiskutti tliet rapporti li tħejjew f’kumitati dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi, it-titjib tal-għajnuna u l-iżvilupp effettiv fil-koperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-Afrika, i-Karibew u l-Paċifiku u dawk tal-Unjoni Ewropea u r-rwol tal-isport bħala għodda għall-edukazzjoni.

Mistoqsi minn Television Malta jekk dak diskuss f’din l-assemblea jibqax biss fuq il-karta, Louis Michel qal li meta l-assemblea taqbel fuq reżoluzzjoni tkun qed tgħaddi messaġġ lil ħafna awtoritajiet bħan-Nazzjonijiet Magħquda, l-Unjoni Afrika u l-Unjoni Ewropea. Qal li fl-assemblea jittieħdu deċiżjoniijiet li mbagħad jiġu implimentati minn dawn l-awtoritajiet.

“First of all we are making the member of parliament accountable of the European policy. There is a lack of progress of course on the European side because they are making of migration a problem, it is not a problem it’s a phenomenon, it is a natural phenomenon. So it has to be tackled as such and not as a problem.”

Fil-ftuħ tal-assemblea, il-President Marie-Louise Coleiro Preca qalet li l-inġustizzji, id-diskriminazzjoni u l-oppressjoni f’ċerti partijiet tad-dinja qed jiddistabilizzaw l-isforzi li jsiru favur l-umanità u għalhekk jeħtieġ li jinżamm miftuħ id-djalogu għar-relazzjonijiet u l-ħbiberiji bejn pajjiżi biex tinbena paċi sostenibbli. Qalet li l-ewwel mira tal-iżvilupp sostenibbli huwa l-qerda tal-faqar għax il-faqar jeqred it-tama u l-aspirazzjoni tan-nies. Hija ħeġġet lill-parlamentari sabiex jassiguraw li l-vuċijiet ta’ nies differenti jinstemgħu u jaġixxu dwarhom.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Persuni li l-ġimgħa li għaddiet żaru ċ-ċimiterju tal-Addolorata f’Raħal Ġdid stqarrew ma’ tvm.com.mt li baqgħu ddiżgustati bl-iskart goff mormi barra dan iċ-ċimiterju. L-iskart intlemaħ barra l-ħitan taċ-ċimiterju, mid-daħla ta’ Triq…

Lokali

Fl-intervent tiegħu llum fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kkritika s-sitwazzjoni fil-Korp tal-Pulizija li qal ġie żarmat mir-riżorsi bit-tluq ta’ diversi uffiċjali għolja u fl-istess waqt qal li daħlu 27 pulizija…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar il-pjan tal-Gvern għall-Airmalta meta kien qed jindirizza l-Parlament.  Huwa appella għal ftehim mal-unions għax wissa li l-pjani tal-Gvern għat-tkabbir tal-Air Malta ma jkunx sostennibli…

Lokali

Fil-jiem li għaddew bosta kkummentaw fuq il-media soċjali dwar l-inkonvenjent li ħoloq vann meta kien qed jimblokka l-bankina fi Triq it-Torri tas-Sliema. Jirriżulta li l-vann tħalla pparkjat mill-iktar żoni ffrekwentati…

Aktar