Barranin
It-tim ta’ Hamilton jisfa’ vittma ta’ serqa bl-armi

Ħadd ma weġġa’ meta t-tim tal-Mercedes ta’ Lewis Hamilton safa’ vittma ta’ serqa bl-armi fil-Brażil.

Il-każ seħħ ilbieraħ meta t-tim ta’ Hamilton kien ġo vann f’San Paulo sejjer lura lejn il-lukanda mit-trakka ta’ Interlagos.

Is-sewwieq qal li ħin minnhom kienu mwaqqaf minn nies armati u li l-aggressuri sparaw xi tiri u ppontaw l-armi ma’ rjus il-passiġġiera. Kelliem għall-Mercedes qal li nsterqu diversi oġġetti prezzjużi.

Fuq Twitter Hamilton sostna li din issir kull sena meta t-tim tiegħu jkun il-Brażil għat-tellieqa tal-Formula 1. Tant li din it-triq saret popolari għas-serq u għal dawn l-attakki li kull min jgħaddi minn hemm juża karozzi bulletproof.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel fl-Istati Uniti li ġiegħel lil bintu żgħira tidħol f’magna biex tisraq il-ġugarelli nqabad u tressaq quddiem il-Qorti. Huwa nkixef b’filmat tas-sigurtà li ttella’ fuq il-midja soċjali mill-Pulizija ta’ Salem…

Barranin

Baħħar Indjan spiċċa mitluf f’nofs l-Oċean Indjan midrub serjament wara li d-dgħajsa tiegħu ġarrbet ħsarat kbar waqt maltempata. L-inċident seħħ il-Ġimgħa meta l-baħħar Abhilash Tomy spiċċa 3,200km ‘l barra mill-kosta Awstraljana…

Barranin

Żewġ nisa u żewġt itfal, fosthom tarbija, jidhru fuq filmat qed jinqatlu kiesaħ u biered fil-Kamerun minn irġiel lebsin uniformi ta’ suldati. Il-vittmi jidhru jinħarġu ‘l barra minn villaġġ, jiġu…

Kurżitajiet

Il-Bażilika tas-Sagrada Familia f’Barċellona, il-kapolavur tal-arkitett Antoni Gaudí ilha 136 sena tinbena. Il-Bażilika, li hija rikonoxxuta mill-UNESCO bħala sit ta’ wirt kulturali dinji qatt ma nħarġilha permess għax-xogħlijiet, liema proġett…

Aktar