Ikel
Timmaġinak tiekol ġobon tad-dud jew tieħu smoothies taż-żring?

Il-mużew ta’ ikel diżgustanti fetaħ il-bibien tiegħu fl-Iżvezja. Il-kuratur tal-mużew Samuel West qal li l-mużew fih ikel minn madwar id-dinja li jvarja minn smoothies taż-żring mill-Perù sa ġobon tad-dud minn Sardinja. Uħud mill-ikel jinten iktar minn ieħor u varjetà mill-ikel jista’ jintiegħem mill-viżitaturi li jżuru l-Mużew ta’ Ikel Diżgustanti. West jgħid li din hija esperjenza unika u edukattiva. Isaqsi jekk hemmx differenza bejn il-palat ta’ guinea pig jew majjal regolari. Jgħid li t-tnejn huma tal-istess speċi. Fost l-ikel esebiti hemm ukoll is-soppa bl-għajnejn tan-nagħaġ u nbid magħmul mill-ġrieden. U l-insalata tal-farfett il-lejl.

Samuel West qal “the most disgusting food we have here at the exhibit. If you’re looking at disgust, as far as smell goes the most disgusting and the most smelliest item we have here is the Icelandic shark. It’s a fermented sort of rotten Icelandic shark.”

Samuel West qal li l-fehma ta’ x’inhu diżgustanti jinbidel matul is-snin u bħala eżempju ġab kif mitejn sena ilu l-lobster jew l-awwista kien meqjus moqżież imma llum il-ġurnata jitqies bħala delikatezza.

Daniel Johncock qal “when I first arrived I was skeptical but I really enjoyed it. I think it was fun to walk around and read about all the different disgusting foods around the world and it was fun to smell and see.”

Il-mużew ta’ ikel diżgustanti huwa temporanju, u jittella’ f’pajjiżi differenti Jibqa’ miftuħ fl-Iżvezja sa Jannar li ġej.