Barranin
Timmaġinak titgħallem il-kompjuter mingħajr kompjuter?

Fil-ħajja m’għandek tiskanta b’xejn. Owura Kwadwo, għalliem fil-Ghana qiegħed jgħallem il-kompjuter mingħajr kompjuter.

Ritratti li tella’ l-għalliem fuq Facebook waqt li qed jgħallem inxterdu mal-erbat irjiħat tad-dinja permezz tal-mezzi soċjali. Mar-ritratti huwa kiteb li t-tagħlim tal-kompjuter fil-Għana huwa divertenti.

L-għalliem minn Kumasi, ipinġi l-programm Microsoft Word fuq il-blackboard. B’mod kreattiv huwa rnexxielu jagħmel stampa identitika tal-programm, bl-istudenti jikkuppjawha fuq il-pitazzi.

Malli rat ir-ritatti, il-kumpanija Microsoft qalet li se tagħtih kompjuter. L-għalliem qal li l-iskola ilha mingħajr kompjuter mill-2011. L-istudenti jridu jgħaddu minn eżami nazzjonali li jinkludi l-istudju tal-kompjuter. Jekk jeħlu minn dan l-eżami ma jistgħux jimirħu aktar fl-istudji tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Studju ġdid sab li fost dawk li jilbsu l-contact lenses fir-Renju Unit kellhom infenzjoni f’għajnejhom. Riċerkaturi fil-University College London sabu li l-infenzjoni fil-kornea, magħrufa bħala Acanthamoeba keratitis, kważi triplat mill-2011…

Barranin

Raġel ġie arrestat ħdejn il-Buckingham Palace wara li nqabad b’arma fuqu. Siti internazzjonali qed jirrapportaw li r-raġel ta’ 38 sena ġie mwaqqaf għall-ħabta tas-1pm mill-ħaddiema ta’ sigurtà fid-daħla tal-viżitaturi. Fuq…

Ikel

Fl-Iżvizzera, l-elettorat ivvota kontra żewġ proposti għal ikel sostenibbli. L-ewwel riżultati juru li 60% tal-elettorat ivvota kontra dawn il-proposti li kellhom l-għan jsaħħu l-agrikoltura Żvizzera u jippromwovu agrikoltura iktar sostenibbli….

Barranin

Il-Mexxej tal-Partit Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn qal li hu lest jappoġġja referendum ieħor dwar l-Unjoni Ewropea jekk il-membri tal-partit tiegħu jkunu jridu. Qal li għalkemm hu jippreferi elezzjoni ġenerali, ikun…

Aktar