Teknoloġija
Timmaġinak tixgħel id-dawl u l-kitla permezz tal-mowbajl?

Timmaġinak tixgħel id-dawl u l-aġġeġġi tad-dar mill-mowbajl?

Timmaġinak tixgħel il-kitla permezz tal-mowbajl?

Timmaġina televiżjoni jidħol fis-sound bar?

Timmaġina l-iskrin tal-mowbajl jingħalaq qisu ktieb?

Waqt il-programm TVAM Ian Naudi tkellem dwar fejn se timraħ it-teknoloġija fl-2019.

Ian spjega li t-teknoloġija waslet fi stat fejn l-innovazzjoni saret diffiċli u għalhekk matul dis-sena se naraw aktar tibdil u aġġornamenti fil-qasam teknoloġiku.

Pereżempju, il-mowbajls ilna naraw tibdil fihom, biss il-forma tiegħu baqgħet l-istess għal tul dawn l-aħħar snin. Biss issa t-teknoloġija se timraħ u taġġorna l-iskrin. Ian spjega li l-iskrin tal-mowbajls ta’ bħalissa huma flessibbli u għalhekk issa t-teknoloġija se timraħ fi skrin li jintewa qisu ktieb u minn skrin tal-mowbajl ikun kapaċi jikber għal skrin ta’ tablet. Biss jidher li l-prezz mhux se jkun irħis hekk kif mowbajl bħal dan se jkun jiswa’ aktar minn elf Ewro.

L-innovazzjoni tal-iskrin se taffettwa wkoll it-televiżjoni. Ian spjega li wieħed jaf idejqu skrin tat-tv meta jkun mitfi u jaf jidher ikrah. Jidher li t-teknoloġija se toffri li meta jkun mitfi, it-televiżjoni jirreplikalek il-wall paper tal-ħajt. Biss din mhux l-aktar aħbar eċitanti, hekk kif jidher li permezz tal-flessibiltà tal-iskrin jidher li se jkun possibbli biex l-iskrin jidħol ġos-sound bar u b’hekk ma jibqax xi ħaġa kbira mal-ħajt.

Fl-2019 se naraw aġġornament ieħor fil-qasam teknoloġiku. Permezz tat-teknoloġija internet of things wieħed se jkun jista’ jikkontrolla l-aġġeġġi u d-dawl tad-dar permezz tal-mobile bil-google. Immaġinak filgħodu, waqt li għadek fis-sodda bil-mowbajl tordna li jsirlek il-kafè u xħin tqum issibu lest.

Tista’ ssegwi l-intevista sħiħa ma’ Ian Naudi fuq TVAM fuq TVMI. TVAM jixxandar kuljum bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa bejn is-7am u d-9am.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn għada se tibda tiswijiet fis-sistema ta’ katusi f’qiegħ il-baħar li jintuża għar-rimi ta’ drenaġġ trattat mill-impjant ta’ Għawdex. Il-ħidma delikata li għandha tieħu madwar tliet ġimgħat…

Kronaka

Raġel ta’ 33 sena weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur f’Birkirkara. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq il-Wied għall-ħabta tal-4.45pm. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li s-sewwieq, li jgħix il-Pietà, kien qed isuq…

Saħħa

F’Malta hawn madwar 7,000 persuna li għandhom id-demenzja, bl-istudji juru li l-għadd mistenni jiżdied għal mill-inqas 13,000 sal-2050. L-esperti jemmnu li din hija biss ix-xifer tal-istampa, minħabba li għadd ta’…

Stejjer Umani

Għalkemm il-Maltin ikunu qed jistennew is-sajf bil-ħerqa biex jaqtgħu xi ftit mir-rutina ta’ kuljum tax-xogħol, mhux l-istess jista’ jingħad għal Alfred Attard li ilu aktar minn 40 sena jiġbor il-melħ…

Aktar