Politika
Timothy Alden se jikkontesta għall-kariga ta’ mexxej tal-Partit Demokratiku

Timothy Alden ħabbar li se jkun qed jikkontesta għall-kariga ta’ mexxej tal-Partit Demokratiku.  Il-laqgħa ġenerali annwali mistennija ssir nhar it-Tnejn li ġej.

Fi stqarrija, Alden qal li Malta ilha fi gwerra magħha nfissha, biż-żewġ partiti ewlenin irrifjutaw li jikkoperaw u għamlu kompremessi sabiex isaħħu l-vantaġġ fuq xulxin.

Alden qal li meta ngħaqad mal-Partit Demokratiku sab post fejn wieħed seta’ jwarrab id-differenzi kosmetiċi u jinqgħadu flimkien. Qal li l-għan tal-Partit Demokratiku dejjem kien li jinħolqu pontijiet sabiex il-poplu jingħaqad. Qal li b’dan il-mottiv, l-għan tiegħu huwa li jaħdem mal-Alternattiva Demokratika biex joħolqu d-dar għaċ-ċittadini. Qal li l-għan tiegħu biex it-taħditiet mal-Alternattiva Demokratiku jintemmu f’Awwissu u jekk dan iseħħ jinbena partit li jieħu l-elementi pożittivi taż-żewġ partiti.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Saħħa

L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ. Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne…

Aktar