Kronaka
Tindarab gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Tarxien

Mara ta’ 55 sena residenti l-Gudja weġġgħet gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Tarxien.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.15am fi Triq is-Sorijiet.

Il-ħabta seħħet bejn Renault Captur, misjuqa mill-vittma, u BMW 320D, misjuqa minn raġel ta’ 26 sena residenti Ħal Tarxien.

Sussegwentement ir-Renault Captur kellha wkoll impatt ma’ vann Ford Connect li kien ippparkjat.

Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li ndarbet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.