Kronaka
Tindarab wara li ħabtet f’karozza pparkjata

Tfajla weġġgħet ħafif wara li tilfet il-kontroll tal-vettura u daħlet ġo karozza pparkkjata.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1am fi Triq R.Caruana Dingli f’San Ġwann.

It-tfajla ta’ 21 sena residenti Ħ’Attard, kienet qed issuq vettura tat-tip Fiat 500 meta għal xi raġuni tilfet il-kontroll u kellha mpatt ma’ vettura oħra li kienet ipparkjata.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tfajla l-Isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar