
Tfajla ta’ sittax-il sena weġgħet ħafif f’inċident tat-traffiku, li seħħ għall-ħabta tad-disgħa u nofs tal-bieraħ filgħaxija fit-Triq tal-Barrani Ħal Tarxien.
It-tfajla kienet passiġiera f’vettura privata tal-passiġieri misjuqa minn Libjan ta’ 54 sena, li kienet involuta fħabta ma’ vettura oħra misjuqa minn Rumen ta’ 46 sena. Is-sewwieqa ma ġarrbu l-ebda ġrieħi. Il-pulizija qed tinvestiga.
Il-Pulizija qed jinvestigaw is-sejba ta’ kadavru ta’ mara li kienet ilha mejta 3 xhur. TVM huwa infurmat li l-mara hija Ingliża ta’ 69 sena li nstabet mgħottija bil-kutri fis-sodda fi stat…
Bħalissa f’Malta hawn madwar 7,000 persuna li qed tbati mid-dimenzja, din mistennija titla’ għal 13,000 sas-sena 2050. Fl-ewwel konferenza nazzjonali tad-dimenzja, ġiet diskussa din il-marda, kif tolqot lil ta’ madwarha,…
Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura l-ġnien fil-Foss tal-Belt Valletta li sar b’investiment ta’ €5 miljun. Il-ġnien, li se jkompli jagħti dehra xierqa lid-daħla tal-Belt wara li tlesta l-proġett tat-Tritoni mill-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni…
Skont il-Perit Carmel Cacopardo, ir-riżenja ta’ Arnold Cassola mill-Alternattiva Demokratika fuq l-abort hija biss skuża. Intervistat fuq il-programm ta’ Television Malta Ras imb ras, il-Perit Cacopardo qal li hu kien…