Tindarab wara li ntlaqtet minn karozza li tkaxkret minn trakk

Mara ndarbet dalgħodu meta ntlaqtet minn karozza li kienet ipparkjata liema karozza ntlaqtet minn trakk fi Triq Manwel Dimech f’Tas-sliema. Il-mara mhix fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ meta s-sid tal-karozza fetħet il-bieba biex tidħol fil-karozza tagħha meta għadda trakk u ħadilha l-bieba miegħu. Dan bil-konsegwenza li kaxkar ukoll il-karozza u laqat mara li kienet quddiem il-karorzza.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil mara l-isptar.