Lokali
Tindif pubbliku u manutenzjoni – l-impenn ta’ 500 ħaddiem tal-Gvern

Id-Direttorat tat-Tindif Pubbliku għandu taqsima ġdida li qed tiffoka fuq xogħlijiet ta’ manutenzjoni fil-pajjiż. F’seminar li għarbel ħidmet id-direttorat ingħad li t-taqsima l-ġdida qed tikkumplimenta l-irwol l-ieħor tad-direttorat, il-ħidma biex il-pajjiż jinżamm nadif.

97% fil-mija tal-ilmenti li jitressqu lid-Direttorat tat-Tindif u l-Manutenzjoni huma solvuti, ħafna minnhom fi ftit ħin jew fl-istess ġurnata li jsiru.

It-tagħrif ingħata waqt seminar li laqqa’ lill-ħaddiema tad-direttorat. Id-Direttur Ġenerali, Ramon Deguara, qal li fit-tlieta fil-mija l-oħra tar-rapporti, il-ħaddiema tad-direttorat ma jkunux jistgħu jintervjenu minħabba li r-rapporti jkunu jikkonċernaw artijiet privati. Madankollu, hu spjega li d-direttorat jibqa’ jirsisti biex isolvihom ukoll billi jikkoordina ħidmietu ma’ entitajiet oħra bħall-Awtorità tal-Ippjanar u l-Awtorità tal-Artijiet.

Hu spjega li mis-sena l-oħra, id-direttorat għandu taqsima ddedikata għall-manutenzjoni biex ix-xogħol ikun koordinat aħjar. Qal li d-direttorat li jimpjega ħames mitt ħaddiem jirċievi madwar 35 ilment kuljum, ħafna minnhom relatati mat-tindif.

Il-Ministru tal-Gustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonnici, qal li l-ħaddiema tad-direttorat qed ikunu effettivi fis-siegħa tal-prova u semma’ bħala eżempju l-mod kif qed jitnaddfu t-toroq tal-Belt wara l-attivitajiet tal-Valletta 2018. Qal li l-ħaddiema qed jirnexxielhom innaddfu t-toroq f’temp ta’ ftit sigħat u tenna l-impenn tal-Gvern biex ikunu allokati aktar riżorsi lid-direttorat. Ħabbar li se jiżdiedu tmien mitt elf ewro mas-somma li diġà allokata lid-direttorat għax-xiri ta’ makkinarju meħtieġ biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jwettqu l-ħidma tagħhom b’mod iktar effiċjenti.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018, Deo Debattista, qal li x-xogħol ta’ tindif żdied, meta wieħed jikkunsidra ż-żieda fl-għadd ta’ persuni barranin li qed jaħdmu Malta u l-għadd ta’ turisti.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Bejn Malta u Għawdex m’hemmx biss baħar jaqsam. Studju ta’ studenta Għawdxija kkonkluda li leżbjani Għawdxin qed ikollhom jiġu jgħixu Malta minħabba l-pressjoni li jħossu mill-familji u l-komunitajiet Għawdxin. Għal…

Stejjer Umani

Iż-żfin għal ħafna huwa mezz ta’ soċjalizzazzjoni u divertiment imma għal Joe Saliba, li għandu 72 sena, iż-żfin huwa aktar minn żvog. Joe huwa fost bosta persuni li ħadu l-parir…

Stejjer Umani

Problema soċjali kumplessa wasslu biex omm żagħżugħa b’żewġt itfal u kelb tispiċċa torqod f’karozza u tgħajjex lill-uliedha b’€500 fix-xahar. L-omm stqarret li ma setgħetx tmur f’shelter offrut mill-appoġġ minħabba fost…

Aktar