Fondi UE
Tindif u restawr ta’ 12-il wied f’Għawdex b’€10 miljun mill-UE

Se jingħata bidu għaż-żewġ proġetti b’investiment ta’ €10 miljun għat-tindif tal-widien, għall-immaniġġjar tal-ilma u għall-iżvilupp tal-pajsaġġ f’Għawdex.

Il-widien li se jiġu riabilitati huma Wied tax-Xlendi, Wied Imġarr ix-Xini, Wied tal-Grazzja, Wied Riħan, Wied ta’ Grajgel, Wied il-Wileġ, Wied Imġarr, Wied ta’ Xħajma, Wied ta’ Marsalforn, Wied tal-Ort, Wied l-Infern u Wied il-Kbir.

Dan tħabbar mill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali Aaron Farrugia.

Il-Ministru Caruana qalet li permezz ta’ dawn il-fondi Ewropej ġodda se tingħata spinta lill-pajsaġġ rurali f’Għawdex billi se jsir tindif tal-widien mid-debris, restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ u sistemi ta’ lqugħ tal-ilma.

Żiedet tgħid li aspett ieħor ta’ benefiċċju mit-tindif tal-widien hu li l-ħażna tal-ilma miżmuma fil-widien hi utilizzata mill-bdiewa biex isaqqu l-uċuħ tar-raba’ tagħhom u b’hekk qed tiġi eliminata l-estrazzjoni tal-ilma mill-ilma tal-pjan.

Dr Caruana qalet li dalwaqt se jiġi ppubblikat it-tender biex madwar 30 km ta’ ħitan tas-sejjieħ jiġu restawrati jew mibnija mill-ġdid. Dan ir-restawr se jikkontribwixxi lejn iż-żieda fil-medda tal-populazzjoni tal-ispeċi endemiċi li jgħixu fil-ħitan tas-sejjieħ.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali Aaron Farrugia qal li l-industriji tal-agrikoltura u tal-iżvilupp rurali huma żewġ pilastri importanti għal Għawdex u kien għalhekk li qed isir dan l-investiment kbir ta’ fondi Ewropej f’Għawdex li hu bla preċedent.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-President George Vella qal li għandu riservi serji dwar il-legalizzazzjoni tal-marijuana rikreattiva. F’konferenza tal-Fondazzjoni Oasi, il-President stqarr li l-kannabis tista’ tkun ta’ benefiċċju għal skop mediku, iżda appella għal kawtela…

Lokali

Fil-Bajja tal-Balluta, bdiet tintuża teknoloġija ġdida biex ir-ramel minn qiegħ il-baħar jittella’ biex terġa’ tifforma l-bajja ramlija. Sandro Gatt, li huwa responsabbli mill-proġett f’isem il-Grupp Polidano, spjega lil TVM li…

Edukazzjoni

Wara li l-Ministeru għamel konsultazzjoni pubblika fuq l-uniformi tal-iskola mal-istudenti, l-għalliema u l-ġenituri, l-għażla tal-maġġoranza fost kull grupp kienet favur li l-uniformi tkun tracksuit komda u ta’ kwalità, inklużi poloshirt,…

Lokali

Pierre Portelli dar għall-mezzi soċjali u kiteb li l-Membru Parlamentari Nazzjonalista Karol Aquilina akkumpanja lil Manuel Delia l-Qorti fil-każ li għandu kontra l-midja tal-Partit Nazzjonalista. Dalgħodu fil-qorti kompliet il-kawża li…

Aktar