Lokali
Tinfetaħ Dar l-Abilità għal persuni b’diżabilità fil-Kalkara b’investiment ta’ €600,000

Inawgurata fil-Kalkara dar residenzjali fil-komunità għal ħajja indipendenti ta’ persuni b’diżabilità; il-ħames waħda minn għaxra li l-pajjiż se jkollu bħala parti mill-proġett tal-Gvern imsejjah Soċjeta’ Ġusta.

Lawrence Schembri, li għal dawn l-aħħar 25 sena ħa ħsieb lil ħuh Mario, iħoss sens ta’ trankwillità meta jaf li ħuh issa jinsab miġbur f’Dar l-Abilità.

“Ma nistax nerfa’ r-responsabbilità kollha, jekk jinqala’ xi ħaġa dan jiġi waħdu. Għentu biex jiġi hawn għax naf li se jkun tajjeb ħafna jien tliftu.

Għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat, Mario beda jidhra l-ambjent u qalilna li jinsab għal qalbu.

“Ngħix kuntent u l-bqija mhemm xejn inkwiet.”

Il-Gvern investa mas-sitt mitt elf ewro u bi sħab mal-Fondazzjoni Wens ġiet inawgurata Dar l-Abilità fil-Kalkara fejn se jkunu qed jgħixu sitt residenti.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità Justyne Caruana qalet li dan il-proġett għandu l-għan li jagħti ħajja ta’ kwalità lil dawn il-persuni.

“L-iskop huwa li jkollna iktar persuni b’diżabilità li jgħixu fil-komunità ħajja indipendenti fi spirtu ta’ inklużjoni sħiħa fejn qed nenfasizzaw fuq il-kwalità tal-ħajja, fuq il-ħiliet, fuq l-abilitajiet tal-persuna.”

Dr Caruana qalet li fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin se jinfethu ħamest idjar oħra. Hija spjegat li f’kull dar qed ikun hemm persuni tal-istess etajiet u bżonnijiet, bi programmi ta’ kura speċjalizzata għalihom.

Ħaddiema mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet għamlu xogħlijiet biex tranġat id-dar. Is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Infrastruttura, Christopher Cutajar, qal li l-ħaddiema tal-Gvern għamlu iktar minn elf siegħa xoghol f’dan il-progett.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Id-Direttur tal-Europol, Rob Wainwright, qal li l-aġenzija Ewropea li jmexxi għadha qed qed tinvestiga l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Fuq Twitter, Wainwright irrefera għal rapport tal-Malta Independent, fejn intqal li,…

Lokali

Il-baħħara tat-tanker li nkalja fil-Qawra qed iħossu li jinsabu fl-istess ilma bħal ma kien il-vapur li kienu fuqu ftit minuti qabel ma’ weħel mal-blat! Iħossu li tħallew għal riħhom u…

Lokali

Il-Karnival ġie fi tmiemu, f’sena b’edizzjoni straordinarja billi minħabba l-maltemp xi attivitajiet ġew posposti għal tmiem din il-ġimgħa. Wara nofsinhar ġie organizzat il-Gran Defile’ fil-Floriana, b’uħud mill-parteċipanti jissuġġerixxu li l-karnival…

Lokali

Bosta dilettanti tal-avjazzjoni llum waranofsinhar fittxew l-aħjar post biex isegwu u jieħdu r-ritratti tat-tluq minn Malta tal-Airbus A380 tal-linja tal-ajru Air France. L-ajruplan, l-akbar tal-passiġġieri fid-dinja u fil-familja tal-manifattura Airbus,…

Aktar