Annimali
Tinġabar kelba feruta, tkompli t-tfittxija għal ċorma klieb fl-inħawi tan-Naxxar

Id-direttur tad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali Noel Montebello kkonferma ma’ tvm.com.mt li dalgħodu d-Dipartiment irċieva telefonata dwar kelba li nstabet midruba fis-Siġġiewi u minnufih ħarġet l-ambulanza tal-annimali għaliha. Il-kelba ttieħdet l-isptar tal-annimali f’Ta’ Qali fejn qed tiġi kkurat għall-ġrieħi li ġarrbet.

Is-Sur Montebello qal li l-veterinarji se jkunu qed jagħmlu rapport dwar il-każ u jekk jirriżulta li dan kien każ ta’ moħqrija tal-annimali, jibdew minnufih proċeduri kriminali. Mistoqsi jekk jistax ikun każ ta’ ġlied tal-klieb, id-Direttur tad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali qal li l-kelba m’għandhiex microchip u mhix agressiva. Qal li jista’ jkun li din kienet kelba abbandunata u spiċċat iġġieldet ma’ klieb oħra ta’ barra. Qal li dan ikun magħruf ladarba l-veterinarji jlestu r-rapport tagħhom.

tvm.com.mt staqsa wkoll lid-Direttur tad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali dwar il-klieb li jiġru barra fl-inħawi tal-Mosta, in-Naxxar u Ta’ Qali wara kitbiet fuq Facebook li matul il-lejl li għadda, it-tielet qattus (ritratt) safa’ mbiċċer minn ċorma klieb. Is-Sur Montebello qal li fl-aħħar ġimgħat, id-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali għamel rondi spissi fl-akwati biex jiġbor klieb abbandunati. Qal li sallum ġabru ma’ tmint iklieb li nstabu jiġru barra flimkien.

Spjega li dawn il-klieb jittieħdu l-isptar tal-annimali fejn isirilhom check-up u microchipping biex imbagħad permezz tal-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu favur id-drittijiet tal-annimali, jibda l-proċess biex jiġu adottati. Żied jgħid li jekk il-klieb li jinstabu waqt dawn ir-rondi jirriżultaw li huma ta’ xi razzett li s-sidu ħallihom jiġru barra, jiskatta proċess kriminali kontra s-sid għaliex huwa kontra l-liġi li persuna tħalli klieb jiġru waħedhom barra.

Aħbarijiet Oħra
Televiżjoni u Radju

Id-dokumentarju Pass Pass għal Auscwhitz, li xxandar fuq TVM, għadu kemm ġie aċċettat fost ix-xogħlijiet li se jieħdu sehem fil-festival tal-Vegas Movie Awards, fl-Istati Uniti. Għalkemm dan il-festival huwa pjuttost ġdid…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li din il-ġimgħa se jlaqqa’ grupp parlamentari biex jiżgura li l-Partit Nazzjonalista jkompli bil-ħidma fit-tfittxija għall-verità u l-ġustizzja. Huwa kien qed jirreaġixxi…

Relazzjonijiet Industrijali

Il-Union of Professional Educators – Voice of the Workers avżat li l-għalliema li jaħdmu fil-Clubclass English Language School se joħorġu bi strajk nhar it-Tnejn. Fi stqarrija l-union qalet li ilha…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li ħadd mhu se jirnexxielu jirrikattah, jheddu, ibeżżgħu jew isikktu milli jkompli jiġġieled il-korruzzjoni. Dr Delia rrefera għar-rapport fit-Times of Malta dwar…

Aktar