COVID-19
Tingħalaq il-fergħa BOV tal-Gżira wara każ ta’ Covid-19 – tinfetaħ mill-ġdid il-fergħa tal-Ħamrun

Il-Bank of Valletta qed javża lill-pubbliku li minn nhar il-Ħamis 15 ta’ Ottubru, il-fergħa tal-Ħamrun ser terġa’ tiftaħ, filwaqt li l-fergħa tal-Gżira ser tingħalaq b’mod temporanju.

Il-fergħa tal-Gżira se tingħalaq b’mod temporanju, sakemm joħrog avviż ieħor, wara li terza persuna ħarġet pożittiva bil-Covid-19. Il-Bank qal li ċ-ċekkijiet iddepożitati nhar l-Erbgħa 14 ta’ Ottubru permezz taċ-Cheque Deposit Box se jiġu pproċessati wara d-19 ta’ Ottubru.

Din il-fergħa se tiġi diżinfettata skont il-linji gwida tal-Awtoritajiet tas-Saħħa u terġa’ tinfetaħ meta jkun aċċertat li hija sikura għall-klijenti u l-impjegati tal-Bank.

F’każ li jkun hemm xi individwi li setgħu ġew esposti għall-virus, dawn se jiġu infurmati mill-Awtorità tas-Saħħa bħala parti mill-protokoll tal-contact tracing.

Il-fergħa tal-Ħamrun ingħalqet temporanjament wara li wieħed mill-impjegati irriżulta pożittiv għal Covid-19, bil-fergħa ġiet iddiżinfetta.

L-Awtoritajiet tas-Saħħa taw il-konferma tagħhom li il-fergħa hija sikura sabiex tinfetaħ mill-ġdid iżda għalissa  f’din se jkun qed jiġi offrut biss servizzi relatat mal-kaxxiera u assistenza oħra lill-klijenti.