Lokali
Tingħata l-aħħar tislima lil Enrica

Ingħatat l-aħħar tislima lil Enrica.

Fil-Knisja ta’ San Ġiljan kienu bosta li nġabru biex jagħtu l-aħħar tislima lil Enrica. Enrica mietet fl-età ta’ 13-il sena wara li kienet qed tiġġieled konta l-marda tal-kanċer ġewwa Sutton l-Ingilterra.

Kienu bosta li nħasdu u tnikktu meta fuq il-paġna tal-Facebook ta’ Puttinu Cares ħarġet din l-aħbar.

Fil-kummenti fuq Facebook kienu diversi li sellmu l-memorja tagħha u faħħruha għall-kuraġġ li kellha.

Oħrajn kitbu li ma jinsewx it-tbissima tagħha minkejja t-tbatija li kienet għaddejja minnha. Enrica kienet deskritta bħala tifla ta’ qalb kbira u li kienet ta’ eżempju għal bosta.

Aħbarijiet Oħra
Enerġija

Fil-budget, il-Gvern ħabbar li se jagħti għotja ta 25%, sa massimu ta’ €1,000, biex jinxtraw batteriji għall-ħażna tal-enerġija rinnovabbli. Għal din l-għotja se jkunu eliġibbli l-familji li għandhom pannelli tax-xemx…

Lokali

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza tal-ġeneru kklassifika lil Malta fil-ħmistax il-post, kważi nofs triq fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. L-indiċi jkejjel diversi fatturi li jiddeterminaw il-kwalità ta’ ħajja tan-nisa f’pajjiżi Ewropej, mix-xogħol,…

Sajd

Ċifri għall-2017 maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-industrija tat-tonn f’Malta ipproduċiet 13,000 tunnellata ta’ tonn, b’valur ta’ kważi €170 miljun li 90% minnu ġie esportat lejn il-Ġappun. Il-Federazzjoni Maltija…

Ambjent

Il-Gvern u l-Oppożizzjoni ppreżentaw mozzjonijiet kontrastanti dwar l-emerġenza fil-klima bil-mozzjoni tal-Gvern temenda dik tal-Oppożizzjoni li trid li jitwaqqaf kumitat parlamentari li jkollu s-setgħa jaħtar superintendent biex jiżġura li Malta tilħaq…

Aktar