Qorti
Tingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ċaħdet li serqet minn dar li kienet taħdem fiha

Mara ta’ 43 sena minn Ħaż-Żabbar ċaħdet akkużi li serqet deheb u ġojjelli minn dar li kienet taħdem fiha bħala fattiga.

Graziella Debono ngħatat il-libertà proviżorja wara li ġiet akkużata fil-Qorti b’serq aggravat u li hi riċediva.

Hija kienet mixlija li wettqet is-serqa minn dar f’Raħal Ġdid u l-valur tas-serqa jaqbeż il-€5,000.

Is-serqa allegatament seħħet fl-aħħar ġurnata tal-impjieg tagħha. Hija ngħatat il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €200 u garanzija personali ta’ €3,000.