Qorti
Tingħata mat-€42,700 f’danni talli ma ssewwietx ħofra li waqgħet fiha u kisret sieqha

Mara ta’ 47 sena mill-Fgura fittxet għad-danni lill-Kunsill Lokali tal-Fgura talli ġarrbet diżabilità permamenti meta waqgħet hija u miexja minn fuq il-bankina fil-lokalità fejn tgħix.

Il-każ imur lura 8 snin, meta l-mara Sonia Mifsud kienet miexja u waqgħet f’ħofra li kien hemm fil-bankina ta’ Triq il-Kitba minħabba l-istat ħażin li kienet fiha u ġarrbet ksur f’waħda mill-għadmiet tal-pala ta’ sieqha.

Mir-rapport mediku tal-espert tal-Qorti rriżulta li l-mara sofriet diżabilità permanenti ta’ 25% u jista’ jkun li l-inċident jista’ jikkawżalha disturb psikjatriku.

Qabel ingħatat is-sentenza, il-Qorti kkunsidrat li l-bankina taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Kunsill u huwa l-Kunsill li għandu jara li tinżamm fi stat tajjeb u jirranġaha.

Ħareġ li mir-ritratti esebiti fil-Qorti jirriżulta li l-Kunsill naqas li jżomm il-bankina fi stat tajjeb u għalhekk għandu jinżamm responsabbli għall-inċident u ma tressqet ebda prova lli tikkontrasta l-verżjoni tal-mara.

Bħala kumpens għad-danni, il-Qorti kkalkulat li wara l-inċident il-mara kienet kostretta tagħlaq il-ħanut tax-xagħar li kellha fil-Birgu u baqgħet tħallas il-kera u l-kontijiet tad-dawl u l-ilma għal perjodu ta’ sentejn mid-data tal-inċident.

Il-Qorti bbażat il-kumpens li kellu jingħata lill-mara mill-Kunsilli billi ġie kkalkulat il-qligħ tagħha fis-sena li kien jammonta għal €8,000, multiplikat b’21 sena, minħabba li meta seħħ l-inċident kellha 40 sena, bl-ammont immultiplikat b’25% (il-perċentwal tad-diżabilità li sofriet il-mara).

Dan minbarra li magħhom żdiedu wkoll l-ispejjeż ta’ mediċini u tobba li ħallset il-mara minħabba l-inċident li ammontaw għal ftit iktar minn €700.

B’hekk, il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Silvio Meli laqgħet it-talba tal-mara u kkundannat lill-Kunsill Lokali tal-Fgura jħallas is-somma ta’ €42,736.58 talli nstab li l-inċident seħħ minħabba traskuraġni taż-żamma tal-bankina fit-triq fejn waqgħet il-mara fil-Fgura.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Begtash Muka, Albaniż ta’ 27 sena, tressaq il-Qorti akkużat li l-Ħadd filgħodu bejn id-9am u l-9.45am daħal mingħajr permess fil-barracks ta’ Ħal Safi bil-ħsieb li jagħmel reat. Muka kien ilu…

Qorti

Sewwieq ta’ mutur se jingħata iktar minn €20,000 f’kumpens għad-danni li sofra meta kien involut f’inċident tat-traffiku 4 snin ilu. Agostino Schembri kien indarab serjament meta kien qed isuq il-mutur…

Kronaka

Għall-ħabta tal-4.00 ta’ waranofsinhar il-Forzi Armati tellgħu katavru ta’ mara mill-baħar. Il-katavru ntlemaħ fl-inħawi ta’ Għar Lapsi, bil-Pulizija li daħlitilha l-ewwel informazzjoni ftit qabel it-3.30pm. L-ewwel tfittxija għall-katavru bdiet b’ħelikopter…

Qorti

It-tanker M/T Krone, irreġistrat Sierra Leone, ġie ordnat mill-Qorti biex iħallas is-somma ta’ €138,455.55 għal servizzi marittimi mogħtija mill-kumpanija Maltija Mediterranean Trading Shipping. Il-kumpanija fetħet kawża f’Settembru li għadda biex…

Aktar