Sigurtà
Tinħasadx jekk tisma’ sireni tal-emerġenza dalgħodu

Dalgħodu fl-impjant tal-power station ta’ Delimara se jkunu qed jiġu ttestjati s-sireni tal-emerġenza.

L-Enemalta avżat li s-sireni se jindaqqu għal 20 sekonda għall-ħabta tad-9.05am.

Din hija parti minn proċedura li titwettaq kull sena biex l-awtoritajiet ikunu mħejjija jekk jinqala’ każ ta’ emerġenza.