Lokali
Tinħatar inkjesta fil-każ ta’ priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, ġie rilaxxat mill-ħabs u deher il-Qorti mhux akkumpanjat minn Uffiċjali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher il-Qorti mhux akkumpanjat minn Uffiċjali tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.

Il-Ministru qal li ħa dan il-pass immedjatament hekk kif kien mgħarraf bil-każ.

L-inkjesta se titmexxa mill-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi.

It-termini ta’ referenza ta’ din l-inkjesta jitolbu li jistabilixxu l-fatti kollha tal-każ u toffri dawk ir-rakkomandazzjonijiet li tħoss li huma meħtieġa.

It-terminu tal-inkjesta hu ta’ mhux aktar minn 20 ġurnata.

Minn informazzjoni preliminari jidher li l-priġunier li qed issir referenza għalih kellu kawżi oħra minbarra dak li deher dwaru quddiem il-Qorti dalgħodu.

Aħbarijiet Oħra

Il-viżjoni li tixpruna l-programm li tħejja għall-istaġun li jmiss ta’ Spazju Kreattiv taħseb biex tegħleb l-isfidi tal-Covid-19, bl-organizazzjoni ta’ 400 attività bis-sehem ta’ 320 artist u 17-il għamla ta’ arti…

Fil-Jum Dinji tat-Tindif, l-attivitajiet f’Malta kienu ffukati biex iwasslu messaġġ dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar. Minn attivitajiet ta’ tindif f’erba’ bajjiet popolari, f’għodwa waħda nġabru ‘l fuq minn 150…

Aktar