Barranin
Tinħeles mill-akkużi li qatlet lil bintha

Mara ta’ 21 sena f’El Salvador, li t-tarbija tagħha nstabet mejta f’latrina fejn welldet, inħelset mill-akkużi li qatlet lil bintha.

Evelyn Hernández minn dejjem qalet li hija innoċenti. Hija insistiet li ma kinetx taf li kienet qed tistenna tarbija u li ntilfet minn sensiha waqt li kienet qed twelled. Il-prosekuzzjoni talbet għal sentenza ta’ erbgħin sena ħabs.

Dan il-każ kien segwit mill-qrib f’El Salvador u anke barra mill-pajjiż, bl-attivisti għad-drittijiet tan-nisa kienu qed jitolbu għall-ħelsien tagħha.

El Salvador għandu waħda mill-aktar liġijiet stretti kontra l-abort. L-abort huwa illegali f’ kull ċirkostanza u dawk li jinstabu ħatja jistgħu jeħlu bejn sentejn u tmien snin ħabs. Iżda f’ħafna każi, bħalma seħħ f’dan il-każ, l-akkużi jinbidlu f’omiċidju.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Għadd ta’ pajjiżi Ewropej ħabbru li għandhom l-ewwel każijiet ta’ coronavirus u lkoll jidhru li huma assoċjati mal-imxija tal-virus li bdiet fl-Italja. L-Awstrija, il-Kroazija u l-Iżvizzera qalu li l-każijet jinvolvu…

Barranin

L-eks President Eġizzjan, Hosni Mubarak, li tneħħa mill-poter f’kolp ta’ stat mill-armata disa’ snin ilu, miet fl-età ta’ 91 sena. Mubarak serva mhux inqas minn tletin sena fl-ogħla kariga tal-pajjiż…

Barranin

Il-logħbiet li ġejjin fl-Italja ser jintlagħbu bil-bibien magħluqa f’dawk ir-reġjuni affettwati mill-Coronavirus. Dan tħabbar mill-Ministru Taljan għall-Isport Vincenzo Spadafora it-Tnejn filgħaxija fejn qal li minħabba li l-logħob irid jintlagħab sabiex…

Barranin

Skont il-ġurnal Taljan La Repubblica, il-coronavirus kompla jinfirex fl-Italja, b’żewġ każijiet ġodda jfeġġu f’Palermo u f’Firenze. Dan ifisser li issa feġġ l-ewwel każ anke fi Sqallija. Skont l-istess ġurnal jidher…

Aktar