Knisja Maltija
Tinkixef pittura li kienet midfuna taħt passati ta’ żebgħa fil-Mużew tal-Katidral

Il-binja Barokka maġenb il-Katidral tal-Mdina li kienet tintuża bħala Seminarju għalqet nofs seklu bħala Mużew tal-Katidral. Għal din l-okkażjoni, il-Kaptilu Metropolitan tal-Mdina fetaħ iċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 anniversarju bil-kxif ta’ pittura fis-saqaf tal-kappella tal-Mużew.

Mgħoni b’rikezzi li jmorru lura sas-seklu ħmistax, il-Mużew tal-Katidral tal-Imdina huwa ġawhra arkitetonika tal-era Barokk, issa huwa wkoll wieħed mill-isbaħ mużewijiet f’Malta b’kollezzjonijiet varji.

Ir-restawr li sar fil-mużew fl-aħħar snin ħareġ id-dettalji arkitettonici ta’ dal-Palazz li nbena fl-1733 u għal madwar 200 sena serva bħala seminarju tal-Arċisqof.

Il-kuratur tal-Mużew Monsinjur Edgar Vella qal li qabel beda jintuża bħala mużew fl-1969, dan il-palazz intuża wkoll bħala skola fi żmien il-Gwerra u għal xi żmien kien ukoll f’idejn il-Gvern Ingliż biex iservi ta’ residenza.

Monsinjur Vella spjega kif fl-aħħar snin il-mużew iżuruh mal-150,000 viżitatur fis-sena. Huwa qal li f’għeluq il-50 sena tiegħu, il-Mużew mhumiex biss vetrina tal-kolezzjonijiet.

“Aħna l-kunċett ta’ mużew mhux post depożitu fejn titfa’ ir-residwi u r-relikwi, idendilhom u joqogħdu hemmhekk, imma l-mużew huwa bini ħaj fejn aħna rridu li l-viżitaturi, it-tfal, l-istudenti ikollhom esperjenza. Fil-fatt nista’ ngħid li ser ikun dalwqt l-ewwel mużew autistic friendly museum, għandna programm li ser natwalizzawh dalwaqt” qal Monsinjur Vella.

Minbarra li fih l-akbar kollezzjoni barra l-Ġermanja tal-inċizzjoni tal-artist Albrecht Durer u kollezzjoni mdaqqsa ta’ fided ħafna minnhom ekklesjastiċi, il-mużew għandu kappella b’saqaf impitter, li jagħti l-impressjoni li l-kappella għandha koppla li tikkumpliment l-artal tal-irħam. Il-pittura kienet midfuna taħt żewġ passati żebgħa għall-kwazi mitt sena sakemm reġgħet inkixfet bir-restawr li sar.

Mons. Vella qal “illum nistgħu ngħidu li l-kappella hija ġojjell ċkejken li mill-irħam tal-art sal-quċċata tal-koppla huwa kollu restawrat u mgħoti id-dinjità u l-isplendur oriġinali li kien igawdi meta żżanżnet f’nofs is-seklu tmintax.”

Riċerka li għamel l-assistent arkivista tal-Katidral Mario Gauci, sar magħruf li x-xogħol artistiku tal-kappella sar mill-artist Malti.

“Qassis li ma konna nafu xejn dwaru, Don Mikelanġelo Abela mill-Belt Valletta li mar jistudja Ruma u li pitter din il-kappella sħiħa, bil-koppla u d-dekorazzjoni” qal Mario Gauci.

Matul din is-sena il-mużew ser jorganizza diversi attivatijiet biex ifakkar il-ħamsin anniversarju tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Kisbiet

Imwieled Malta u emigra lejn l-Awstralja 44 sena ilu wara li gradwa mill-Università ta’ Malta dak iż-żmien kienet magħrufa bħala The Royal University of Malta. F’intervista ma’ TVM, il-Professur Stephen…

Aktar