Ambjent
Tinqabad ħuta perikoluża għall-bniedem ‘il barra mill-bajja tal-Ġnejna

Sajjied anzjan qabad ħuta li fiha daqs pala ta’ id iżda jekk tittiekel tistà tkun ta’ periklu għas-saħħa u saħansitra toqtlok. Il-ħuta li nqabdet waqt sajda lil hinn mill-bajja tal-Ġnejna hija speċi aljena u fil-lista ta’ ħut li l-inizjattiva “spot the alien fish” appellat biex jekk xi ħadd jiltaqa’ magħha ma jikolhiex u jirrappurtaha.

Ta’ 82 sena, kull filgħodu Mikiel Caruana għadu jniżżel il-frejgatina mill-bajja tal-Ġnejna u jqatta l-għodwa jistad ma’ martu. Fl-aħħar jiem, waqt li kien qed jistad bil-qasba ftit il-barra mill-bajja, qabad ħuta f’żona magħrufa bħala l-iskoll l-imgħarraq. Stqarr li għajnu mill-ewwel għokritu minnha.

Mikiel Caruana qal “kif dħalt staqsejt lis-sajjeida li għandhom esperjenza iktar minni, u min jgħidli kulha… U tlajt id-dar u għidtilha issajarhiex ħa naraw x’inhi l-ewwel u ċempilt il-pixkerija. Ġew għalija u għamlu it-testijiet fuqha u sabu li hi velenuza.

Għal Mikiel, din kienet it-tieni darba li qabad din l-ispeċi ta’ ħuta, magħrufa bħala silver cheeked toed fish. Il-ħuta li qabad tliet snin ilu kienet akbar, tant li kienet tiżen madwar tliet kilo. Hu bbalzma u żammha id-dar.

L-espert fil-bijoloġija marittima u ambaxxatur tal-oċeani, Alan Deidun, qal li din l-ispeċi ta’ ħuta ġejja mill-oċean Indjan u Paċifiku u hu maħsub li bdiet tidħol fil-Mediterran mill-Kanal Suez, l-aktar mal-vapuri merkantili, kif ukoll minħabba t-temperatura aktar sħuna tal-Mediterran. Qal li jekk wieħed imiss magħha ma jiġrilu xejn, iżda jekk tittiekel kimika tossika li fiha tistà twassal għall-konsegwenzi serji kif ġara fl-aħħar xhur f’pajjiżi qrib.

Alan Deidun qal “hekk qawwija twassal ghal tnemnim, bl-ingliż numbness, saqajk tibda torqodlok u idejk tibda torqodlok, u f’każijiet estremi twassal għal mewt għax ikollok paraliżi tas-sistema respiratorja. U dan mhux xi ħaġa allarmizmu għax ġraw każi riċentament fit-Tuneżija u fl-Eġittu”.

Il-Professur Deidun esprima tħassib għad-daqs żgħir tal-ħuta li qabad issa Mikiel. Dan għaliex ħut ta’ din l-għamla f’daqs żgħir jista’ jittiekel minn speċi akbar u xorta jkun ta’ periklu għal-pubbliku.

Alan Deidun qal “twasslek titħasseb xi ftit ghax jistà jkun, u m’għadniex l-evidenza kollha f’idejna, li din qed tbejjed fl-ibħra tagħna. Issa in nies jafu li mghandiex tigi ikkonsmata imma jista’ jkollok speci li jittieklu regolarment bħal qarnit li tiekol dil-ħuta, ma tmutx u tassumi fiha il-velenu u meta tiekol il-qarnita tiġi vvalenat int. Dan każ li ġara għax spiċċaw żewġ persuni l-itu.”

Il-Professur Deidun appella biex meta wieħed jiltaqa’ ma dan l-ispeċi ta’ ħut jirraporta permezz tal-app fuq il-mobile “spot the alien fish”.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Statwa tal-Madonna li kellha tagħmel il-wisa’ għall-proġett tal-Kappara se tirritorna fl-inħawi f’niċċa ferm isbaħ. Ix-xogħol fil-ġebla miexi ġmielu bil-għan li fi żmien tliet xhur, fil-ġenb tal-pont ikun hemm niċċa monumentali…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, allega li l-ħaddiema barranin qed jaħdmu b’kundizzjonijiet anqas mill-prekarjat. Waqt attività politika f’Tas-Sliema bħala parti mill-Kunsill Ġenerali, Dr Delia qal li l-Gvern qed…

Qorti

Raġel Malti talab lill-Qorti tal-Familja tagħtih il-kustodja ta’ bintu ta’ 4 snin li spiċċat tgħix fi sptar mentali fl-Iżvizzera flimkien m’ommha. Il-Qorti semgħet kif l-omm, li hija Ġermaniża, kellha problemi…

Unjoni Ewropea

Il-Gvern ħabbar li nnomina tliet kandidati għall-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, hekk kif it-terminu tal-Imħallef Vincent A. De Gaetano se jiġi fi tmiemu lejn l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena. Fi…

Aktar