Lokali
Tinqabad l-akbar qabda ta’ kokaina f’Malta – mat-300kg b’valur ta’ bejn €50 u €80 miljun

Id-Dwana Maltija qabdet l-akbar konsenja ta’ droga li qatt inqabdet f’Malta bis-sejba ta’ 300 kilò droga kokaina. Din instabet moħbija f’kontejner li suppost kien qed iġorr bottijiet tal-pineapple, iżda kellu din id-droga.

Esperti li tkellmu ma’ tvm.com.mt qalu li l-prezz fit-triq tagħha faċilment jilħaq it-€80 miljun. Id-droga kienet destinata għal Spanja.

tvm.com.mt huwa infurmat li t-300 kilò droga kokaina nstabet f’kontejner li wasal Malta nhar l-Erbgħa mill-Ekwador u li kien destinat għal Spanja.

Skont id-dokumenti tal-merkanzija fil-kontejner suppost kien hemm bottijiet tal-pineapples. L-uffiċjali tad-dwana fittxew bl-iscanners li mmarkaw li fil-kontejner kien hemm sitt xkejjer kbar mimlija bil-pakketti. Dan kompla qajjem is-suspett, u meta saret it-tfittxija mill-uffiċjali tad-dwana sabu ġo fihom 12-il basket li fihom kien hemm mat-300 pakkett ta’ sustanza bajda. Testijiet li saru kkonfermaw li s-sustanza kienet droga kokaina.

Bis-sejba ġew infurmati l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga. Kienet infumata wkoll il-Maġistrat tal-Għassa li fetħet inkjesta. Id-droga issa qed tkun analizzata għall-purità tagħha. Sorsi li tkellmu ma’ tvm.com.mt qalu li l-valur fis-suq ta’ din id-droga faċilment ilaħħaq bejn €50 miljun u €80 miljun. Nifhmu li bil-każ ġew infurmati ukoll il-Europol u l-pulizija Spanjola.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Libjan ta’ 37 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli li l-Ħadd li għadda aggredixxa lill-kantanta Mikaela Attard u l-ħabiba tagħha waqt li kienu Paceville. Ġie allegat li l-Libjan…

Lokali

Żewġt aħwa li jumejn ilu kienu involuti fi ġlieda f’Ħal Tarxien inżammu arrestati wara li wieġbu mhux ħatja għal sensiela ta’ akkużi fosthom li darbu gravi lil raġel ta’ 36…

Lokali

Stħarriġ professjonali, indipendenti u estensiv juri li l-ħaddiema fis-settur pubbliku f’sena jieħdu medja ta’ jum wieħed biss ta’ sick leave aktar mill-ħaddiema fis-settur privat. Filwaqt li l-ħaddiema fis-settur privat jieħdu medja ta’…

Lokali

Il-Kamra tal-Inġiniera, f’konferenza dwar in-nirien li kienet ippjanat qabel l-inċident tan-nirien tal-Ħadd li għadda li fih tilef ħajtu Gordon Spiteri, sejħet biex jiżdiedu l-miżuri fil-binjiet f’Malta kontra n-nirien. F’intervent fil-konferenza,…

Aktar