Kronaka
Tinqaleb bil-karozza wara li ħabtet ġo vann

Tfajla ta’ 18-il sena minn Birkirkara, ilbieraħ bil-lejl ħelsitha ħafif wara li nqalbet bil-karozza li kienet qed issuq.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.15pm, fi Triq ix-Xatt, f’Tal-Pieta. It-tfajla kienet qed issuq Kia Piccanto, mid-direzzjoni tal-Belt lejn l-Imsida, meta tilfet il-karozza, ħabtet ġo vann u nqalbet fuq il-ġenb tagħha.

Il-vann kien qed jinstaq minn raġel ta’ 72 sena minn Ħaż-Żebbuġ li miegħu kellu mara ta’ 68 sena minn Ħaż-Zebbuġ ukoll.

Fuq il-post minnufih marru numru ta’ pulizijai tal-RIU sabiex jagħtu l-assistenza. Iżda malli waslu sabu li t-tfajla ħarġet waħedha mill-karozza u anke ma kelliex bżonn ta’ assistenza medika. Is-sewwieq u l-passiġġier tal-vann anqas huma ma weġġgħu.

Rapport tal-inċident tħejja mill-Pulizija mill-Għassa tal-Imsida.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza l-forum dinji fejn ħabbar li għaxar operaturi tal-kannabis mediċinali kienu approvati mill-Malta Enterprise u anke se japplikaw mal-Awtorità tal-Mediċini biex jingħataw liċenzja. Dr Muscat qal…

Lokali

Riesqa lejn l-aħħar il-Presidenza ta’ Marie-Louise Coleiro Preca, bil-President Marie Louise Coliero Preca tiddeskrivi l-poplu Malti bħala wieħed ġeneruż li jaf jogħla ‘l fuq mill-argumenti u jingħaqad flimkien biex jesprimi…

Lokali

Il-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta beda jiltaqa’ f’Malta u qed jiddiskuti proposti biex isaħħaħ il-vuċi tal-Maltin imferxa f’diversi komunitajiet madwar id-dinja. Fil-ftuħ tal-laqgħa, il-Ministru Carmelo Abela qal li…

Aktar