Barranin
Tinqered żona akbar minn New York

In-nirien qerrieda f’Kalifornja nfirxu konsiderevolment. Sorsi rrappurtaw li s’issa nqerdet art li fid-dimensjonijiet tilħaq kobor akbar mill-belt ta’ New York.

Huwa maħsub li n-nirien f’Ventura u f’Santa Barbara kkonsmaw s’issa, fl-aħħar ġimgħa, madwar il-230,000 ettaru.

Megħjuna minn riħ qawwi, huwa mifhum li n-nirien huma fost l-agħar li qatt ħakmu ż-żona wara li dan infirex ma’ 50,000 ettaru f’ġurnata.

Residenti fil-komunitajiet kostali ġew ordnati biex jevakwaw iż-żona.