Barranin
Tinstab bomba fl-ajruport ewlieni tas-Sri Lanka

Tard ilbieraħ filgħaxija, fl-ajruport ta’ Colombo, fis-Sri Lanka, instabet bomba li l-awtoritajiet ikkonċernati rnexxielhom jiddiżattivaw.

Is-sejba nstabet ftit sigħat biss wara l-attakki terroristiċi li saru f’postijiet differenti fis-Sri Lanka fosthom fi knejjes u f’lukandi.

B’kollox, ilbieraħ, f’Ħadd il-Għid, saru 8 splużjonijiet li ħallew 290 persuna mejta u madwar 500 persuna oħra midruba.

S’issa ħadd ma’ refa’ r-responsabbiltà għal dawn l-attakki, għalkemm qed jingħad li ġew arrestati 24 persuni b’rabta ma’ dawn l-isplużjonijiet.

Il-Gvern tas-Sri Lanka qal li huwa maħsub li l-isplużjonijiet seħħew permezz ta’ persuni li splodew lilhom infushom.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

San Francisco sar l-ewwel pajjiż fl-Istati Uniti li pprojbixxa l-bejgħ tal-e-cigarettes. Dan sakemm ikun ċar x’effett għandhom fuq is-saħħa. Nhar it-Tlieta li għadda ġie vvotat biex ikun illegali li bejjiegħa…

Teknoloġija

Għall-ewwel darba, il-kumpanija tal-Facebook qablet li tagħti informazzjoni ta’ utenti Franċiżi li huma suspettati li jiktbu kliem ta’ mibegħda lill-Qorti meta tkun mitluba. Sal-lum il-ġurnata, Facebook ikoopera mal-Qrati Franċiżi fuq…

Barranin

It-taħditiet dwar il-kummerċ li se jsiru bejn il-President Amerikan Donald Trump u l-President Ċiniż Xi Jinping mistennija jiddominaw is-summit tal-G20 f’Osaka l-Ġappun meta ż-żewġ mexxejja se jiltaqgħu fl-aħħar jum tas-summit…

Barranin

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Intern Taljan, Matteo Salvini, ma jridx li jiddaħħlu l-Italja li 53 immigrant li ilhom ġimagħtejn bejn sema u ilma ‘l barra minn Lampedusa. Salvini qal…

Aktar