Kurżitajiet
Tinstab duwa ġdida wara attakk tal-qalb

Grupp ta’ riċerkaturi Taljani skoprew terapija ġdida li tista’ tħaddem il-qalb ta’ persuna li tkun sofriet minn attakk tal-qalb.

It-terapija taħdem billi jsir stimolu taċ-ċelluli, b’teknika li ġiet ittestjata fuq il-ħnieżer minn grupp ta’ riċerkaturi taċ-ċentri internazzjonali ta’ Trieste u l-Iskola Sant’Anna ta’ Pisa.

L-istudju, immexxi minn Mauro Giacca u Fabio Recchia, se jwitti t-triq għal fażi ġdida ta’ trattament fil-patoloġija kardijaka.

Ix-xjenzati poġġew virus f’qalb ta’ ħanżir li sofra minn attakk tal-qalb.  Raw kif il-virus jistimola l-qalb sakemm sa xahar wara l-attakk, il-qalb reġgħet bdiet taħdem sew.

Mauro Giacca qal li dawn ir-riżultati nkisbu wara 15-il sena ta’ tentattivi, biex għall-ewwel darba r-riċerka rrendiet f’dan l-eżitu.

Ir-riċerkaturi wrew kif huwa possibbli tissewwa qalb ta’ annimal kbir bl-istess mekkaniżmu li tirriġenera l-qalb tal-ħut u s-salamander.

Jidher li jeħtieġ iktar żmien biex tiġi żviluppata din it-terapija ġdida fuq il-bniedem, tant li r-riċerkaturi qalu li jridu jiddeterminaw kemm trid tkun id-doża tal-virus fuq il-bniedem.

Il-fatt li qalb il-ħanżir hija simili għall-qalb tal-bniedem jagħmilha iktar faċli biex dawn ir-riżultati miksuba jistgħu jintużaw f’duwa għall-qalb tal-bniedem.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Bank of England esprima l-intenzjoni li jfakkar lil Alan Turing fuq il-karta tal-£50, wara li l-awtoritajiet ta’ żmienu għaddewh minn martirju għax kien omosesswali. Turing kien matematiku viżjonarju, u s-servizz…

Lokali

Pedro għandu sena, u ma jitflifx bulettin tal-aħbarijiet wieħed minn ta’ TVM. Il-favorit tiegħu iżda huwa ta’ nofsinhar, li jinqara minn Joe Dimech. Ommu, Maryanne Molina Xuereb, qalet lil TVM…

Barranin

F’Napli, f’bajja fiż-żona ta’ Varcaturo, minn imkien tfaċċa l-maltemp bi tromba tal-arja spiċċat għamlet ħerba sħiħa. Dawk li kienu qed jirrilassaw u jgawdu l-baħar kellhom jippakkjaw u jitilqu jiġru mill-bajja…

Barranin

Meta kien fadal inqas minn siegħa qabel l-India jtella’ l-vettura spazzjali, il-pajjiż issospenda t-tieni missjoni lejn il-qamar. L-aġenzija spazjali Indjana qalet li t-tluq tal-vettura tħassar minħabba problemi tekniċi. Żiedet tgħid…

Aktar